Skip to main content

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri

Flag of Italy
Italja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur jista' jieħu lill-minuri fi Stat Membru ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, jew kontra x-xewqa tal-ġenitur l-ieħor, meta huwa jkollu l-kustodja esklussiva tal-minuri jew fejn ikun hemm digriet tal-qorti li jawtorizza dan it-trasferiment.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta ż-żewġ ġenituri jkollhom is-setgħa tal-ġenitur u l-kustodja konġunta tal-minuri, huwa meħtieġ il-kunsens tat-tnejn li huma għat-trasferiment tal-minuri fi Stat Membru ieħor.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment, jew jopponih, il-ġenitur li jixtieq jieħu l-minuri fi Stat Membru ieħor irid jitlob l-awtorizzazzjoni tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti; din tista’ tkun il-qorti li qiegħda tissorvelja l-post ta’ residenza tal-minuri jew il-qorti li qed tisma’ l-proċedimenti dwar is-setgħa tal-ġenituri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Għat-trasferiment temporanju tal-minuri barra l-pajjiż, għandhom jiġu eżaminati r-raġunijiet għal dan it-trasferiment. Jekk se tkun biss safra qasira, il-kwistjoni għandha titqies bħala kwistjoni ta’ kuljum li tista’ tiġi deċiża mingħajr l-awtorizzazzjoni taż-żewġ ġenituri.

Jekk it-trasferiment temporanju qiegħed isir minħabba raġunijiet iktar importanti, bħal pereżmpju kura medika għall-minuri, tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni taż-żewġ ġenituri li għandhom is-setgħa tal-ġenituri. Jekk ikun nuqqas ta’ qbil, il-kwistjoni trid tiġi riżolta l-qorti.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna