1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?
Jew b’kunsens speċifiku mill-qrati Skoċċiżi jew inkella f’ċirkostanzi li fihom il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor ma jkunx meħtieġ (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 2 aktar ’l isfel)
2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?
Il-kunsens mill-ġenitur l-ieħor ikun meħtieġ meta l-ġenitur “bħalissa jkollu u jkun qed jeżerċita”, fir-rigward tal-wild minuri, wieħed minn dawn id-drittijiet tal-ġenituri li ġejjin:
- Li l-wild minuri jgħix miegħek jew li tirregola b’xi mod ieħor ir-residenza tal-wild minuri.
- Jekk il-wild minuri ma jkunx qed jgħix miegħek sabiex jinżammu relazzjonijiet personali u kuntatt dirett mal-wild minuri fuq bażi regolari.
3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?
(Ara t-tweġiba għall-Mistoqsija 1).
4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.
Iva.