Informazzjoni ġenerali
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 861/2007 tat-11 ta’ Lulju li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandu l-għan li jtejjeb u jissimplifika l-proċeduri fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fejn il-valur tat-talba ma jaqbiżx l-5000 €.
Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.
Il-proċedura għal Talbiet Żgħar topera abbażi ta’ formoli standard. Din hija proċedura bil-miktub sakemm il-qorti ma tiddeċidix neċessarju li jkun hemm seduta ta' smigħ.
Is-seduti ta' smigħ jistgħu jitwettqu permezz ta’ konferenza bit-telefown jew vidjokonferenza jekk it-tagħmir ikun disponibbli lill-qorti.
Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll it-termini perentorji għall-partijiet u għall-qorti sabiex titħaffef il-litigazzjoni.
Ir-Regolament jipprovdi għal erba’ formoli standard.
Ma tafx jekk l-ordni tal-ħlas Ewropea jew il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar tistax tintuża għat-talba tiegħek? Uża l-wizard disponibbli fuq il-paġna Formoli online biex jgħinek tiddeċiedi.
Il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja jipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u l-forom li jistgħu jimtlew fuq il-kompjuter u jiġu stampati.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Ħoloq relatati
GWIDA għall-UTENTI għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (1828 Kb)
Gwida ta’ Prattika għall-Applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (2367 Kb)
Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)