Il-medjazzjoni tal-familja hija proċess volontarju. Il-qrati f’Ġibiltà jinkoraġġixxu l-medjazzjoni f’kawżi fejn hemm possibbiltà reali li l-medjazzjoni tgħin lill-partijiet isolvu jew inaqqsu d-differenzi bejniethom. Hemm diversi prattikanti legali li huma medjaturi kwalifikati. Huma jistgħu jingħataw struzzjonijiet biex ikunu medjaturi f’tilwim tal-familja. Barra minn hekk, it-Tim tal-Familja u t-Tfal (Family and Children Team) tas-Servizzi Soċjali wkoll jagħmel medjazzjoni ma’ partijiet riferuti lilu mill-qrati. Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja.
Ma hemm l-ebda sit web li jipprovdi lista ta’ medjaturi tal-familja u lanqas ma hemm wieħed li jipprovdi informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja jew il-medjazzjoni b’mod ġenerali.