"Introduzzjoni għall-liġi tal-UE kontra d-diskriminazzjoni", kors tat-tagħlim elettroniku (Il-Kummissjoni Ewropea)
Dan il-kors tat-tagħlim elettroniku jipprovdi introduzzjoni għall-kunċetti ewlenin tal-liġi tal-UE kontra d-diskriminazzjoni, l-iżviluppi f'dan il-qasam u l-‑ġurisprudenza rilevanti. Jinkludi wkoll preżentazzjonijiet bil-vidjo, eżempji minn każijiet attwali u kwizzijiet, u jifforma parti mis-serje ta' seminars ikkummissjonati mill-Kummissjoni u ppreżentati hawn taħt. Il-ġuristi interessati jistgħu jsegwu l-kors hawn.
Seminars dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni (il-Kummissjoni Ewropea)
Dawn is-seminars huma relatati maż-żewġ direttivi Ewropej kontra d-diskriminazzjoni adottati skont l-Artikolu 19 TFUE (ex. Artikolu 13 TKE). Id-Direttiva 2000/43/KE tipprojbixxi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza jew oriġini etnika f'numru ta' oqsma. Id-Direttiva 2000/78/KE tipprojbixxi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fl-impjieg u x-xogħol fuq il-bażi ta' twemmin reliġjuż, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. Id-dokumentazzjoni tal-isfond u l-kontribuzzjonijiet tal-kelliema għas-seminars ikkummissjonati mill-Kummissjoni huma disponibbli hawn.
Manwal dwar il-liġi Ewropea tan-nondiskriminazzjoni (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali - FRA u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem - QEDB)
Il-manwal dwar il-liġi Ewropea tan-nondiskriminazzjoni, ippubblikat b'mod konġunt mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), jistabbilixxi l-ġurisprudenza tal-QEDB u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan jelabora fuq il-kuntest u l-isfond tal-liġi Ewropea dwar in-‑nondiskriminazzjoni (inkluż t-trattati tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem) u jiddeskrivi l-kategoriji varji ta' diskriminazzjoni u d-difiżi legali possibbli, l-applikabilità tal-liġi Ewropea dwar in-‑nondiskriminazzjoni (b'mod partikolari jispjega liem gruppi ta' persuni huma protetti) u l-kriterji għall-protezzjoni, bħas-sess, id-diżabilità, l-età, ir-razza jew in-nazzjonalità. Il-manwal huwa disponibbli hawn f'ħafna lingwi.
Manwali dwar il-kunċetti varji relatati man-nondiskriminazzjoni (Il-Kummissjoni Ewropea)
Il-ġuristi li jixtiequ jtejbu l-għarfien u l-fehim tagħhom tal-liġi dwar in-‑nondiskriminazzjoni jistgħu jsibu aktar informazzjoni u analiżi f'diversi manwali, li huma kollha disponibbli bl-Ingliż. Il-manwali ġew prodotti speċjalment għall-Kummissjoni Ewropea u jkopru l-kunċetti li ġejjin:
- Kif tippreżenta pretensjoni ta' diskriminazzjoni,
- Il-protezzjoni tal-minoranzi u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni,
- Il-migrazzjoni u d-diskriminazzjoni,
- Il-liġi dwar id-diskriminazzjoni minħabba diżabilità fl-impjieg u fix-xogħol,
- L-azzjoni pożittiva biex tiġi indirizzata id-diskriminazzjoni,
- Id-diskriminazzjoni fl-impjieg u fix-xogħol għal raġunijiet ta' twemmin reliġjuż,
- Kunflitti bejn id-dritt għall-ugwaljanza u drittijiet fundamentali oħra
- Id-diskriminazzjoni fl-impjieg u fix-xogħol għal raġunijiet ta' età,