Skip to main content

Informazzjoni ġenerali

Dawn l-iskedi informattivi tħejjew min-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

L-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna tqajjem mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni tat-tfal li jkunu spostati fl-Unjoni Ewropea mill-Ukrajna. Il-kwistjoni ssir saħansitra aktar kumplessa meta dawn it-tfal jiġu sseparati mill-familji tagħhom, jew minħabba li jkunu baqgħu fl-Ukrajna jew minħabba li jiġu spostati fi Stat Membru ieħor.

Huwa importanti li jiġi żgurat li dawn it-tfal ikunu protetti kontra r-riskju ta’ vjolenza, sfruttament, adozzjoni illegali, ħtif, bejgħ jew traffikar tat-tfal. Mill-perspettiva tad-dritt ċivili, għall-prattikanti legali, din is-sitwazzjoni ġġib fuq quddiem nett għadd ta’ kwistjonijiet tad-dritt internazzjonali privat tal-familja relatati mal-ġuriżdizzjoni internazzjonali, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni. Dawn il-kwistjonijiet isiru kritiċi fl-indirizzar tad-drittijiet u l-ħtiġijiet ta’ dawn it-tfal spostati, b’mod partikolari fl-iżgurar tas-sikurezza u l-benesseri tagħhom, kif ukoll l-istabbiliment mill-ġdid tal-konnessjonijiet tal-familja. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li jintużaw l-istrumenti li jipproteġu d-drittijiet ta’ dawn it-tfal.

Fid-dritt Ewropew u internazzjonali, hemm strumenti mfassla biex jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal, b’dispożizzjonijiet speċjali għall-protezzjoni u l-assistenza lil tfal temporanjament jew permanentement imċaħħda mill-ambjent tal-familja tagħhom, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, bħal kunflitt armat. Dawn l-istrumenti u l-gwida dwar l-applikazzjoni tagħhom fir-rigward tat-tfal mill-Ukrajna huma ppreżentati fit-taqsimiet tematiċi ta’ din il-paġna.

Links utli

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna