L-organizzazzjoni tal-ġustizzja. Is-sistema ġudizzjarja
Fil-Litwanja hemm 22 qorti ordinarja u 3 qrati (amministrattivi) speċjalizzati.
L-amministrazzjoni tal-qrati
Il-Laqgħa Ġenerali tal-Imħallfin (Visuotinis teisėjų susirinkimas) hija l-ogħla korp ta’ awtonomija ġudizzjarja, li tinvolvi l-imħallfin kollha fil-Litwanja.
Il-Kunsill tal-Qrati Litwan (Teisėjų taryba) huwa korp eżekuttiv ta' awtonomija ġudizzjarja, iffurmat minn 23 membru, li jassigura l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin.
Il-Qorti Ġudizzjarja tal-Unur (Teisėjų garbės teismas) hija istituzzjoni ta’ awtonomija ġudizzjarja, li tisma’ każijiet dixxiplinarji kontra mħallfin u l-petizzjonijiet tal-imħallfin kontra d-diffamazzjoni.
L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali (Nacionalinės teismų administracija) għandha l-għan li tassigura l-operat effettiv tal-istituzzjoni tal-ġudikatura u tgħin biex tiggarantixxi l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin u l-awtonomija organizzattiva tal-qrati.