Skip to main content

Qrati speċjalizzati nazzjonali

In-Netherlands

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fin-Netherlands.

Il-kontenut ipprovdut minn
In-Netherlands
Flag of Netherlands

Il-qrati amministrattivi

Il-qrati amministrattivi fin-Netherlands huma:

  • Il-Qorti Distrettwali (Rechtbank): il-prim’istanza għall-każijiet amministrattivi kollha
  • Il-Qorti tal-Appell (Gerechtshof): il-qorti tal-appell għall-każijiet ta’ taxxa
  • Il-Qorti Suprema (Hoge Raad): il-qorti suprema għall-każijiet ta’ taxxa
  • It-Tribunal Ċentrali tal-Appelli (Centrale Raad van Beroep): il-qorti tal-appell (suprema) għall-każijiet ta’ sigurtà soċjali
  • It-Tribunal tal-Appelli Kummerċjali u Industrijali (College van Beroep voor het bedrijfsleven): il-qorti tal-appell (suprema) għad-dritt amministrattiv soċjoekonomiku
  • Id-Diviżjoni Ġuriżdizzjonali Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat (Afdeling Bestuursrechtspraak van de Raad van State): il-qorti tal-appell (suprema) għall-każijiet amministrattivi kollha mhux deċiżi minn qrati tal-appell oħra

Bażijiet tad-data ġuridiċi

Fis-sit web iddedikat għas-sistema ġudizzjarja fin-Netherlands wieħed jista’ jsib aktar informazzjoni.

Links relatati

Informazzjoni dwar il-qrati speċjalizzati (bl-Ingliż)

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna