L-ispejjeż tal-kawżi fil-qasam ċivili u f’dak kummerċjali huma rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ispejjeż mhumiex armonizzati fuq il-livell tal-UE. B’hekk l-ispejjeż ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.
Sabiex tikseb informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fl-Istati Membri, kif ukoll dwar diversi studji ta’ każijiet li twettqu f’isem il-Kummissjoni Ewropea, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.
Jekk m’għandekx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tħallas l-ispejjeż ta’ kawża l-qorti tista’ tapplika biex tingħata l- għajnuna legali.
Tista’ tikseb iktar informazzjoni mill-istudju mehmuż (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż biss) li sar sabiex ikunu identifikati s-sorsi tal-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji ċivili f’kull Stat Membri billi:
- ġie ddefinit il-proporzjon ta’ kull sors ta’ spiża identifikat b’paragun mal-ispiża kollha tal-proċedimenti ġudizzjarji ċivili,
- ġew ipparagunati l-ispejjeż li kellhom il-partijiet għal kawża fi Stati Membri differenti,
- ġew identifikati l-varjazzjonijiet fis-sorsi tal-ispejjeż u fl-ammonti tal-ispejjeż,
- ġie identifikat kif it-trasparenza tal-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji u l-limitazzjoni tad-differenzi fis-sorsi tal-ispejjeż u fl-ammonti tal-ispejjeż jistgħu jrawmu aċċess ikbar għall-ġustizzja,
- saru rakkomandazzjonjiet għal azzjonijiet possibbli fuq il-livell tal-UE, possibbilment billi jiġu stabbiliti standards minimi, ħalli jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja billi tittejjeb it-trasparenza tal-ispejjeż tal-ġustizzja ċivili,
- b’mod ġenerali, jiġu identifikati l-konnessjonijiet, fejn ikun xieraq u rilevanti, bejn l-ispejjeż tal-ġustizzja u l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini, u
- jiġu idenifikati kwistjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mat-tilwim transkonfinali.
L-istudju jipprovdi stampa ġenerali tas-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea f’mument partikolari – Diċembru 2007.
Dokumenti relatati
Studju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili fl-UE
(2615 Kb)
– Verżjoni bl-Ingliż
Studju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili fl-UE
(2665 Kb)
– Verżjoni bil-Franċiż
Anness 1: Riżultati tal-kwestjonarju pubbliku
(1700 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Il-Belġju
(829 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Il-Bulgarija
(566 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Ir-Repubblika Ċeka
(703 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Id-Danimarka
(560 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Il-Ġermanja
(565 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – L-Estonja
(872 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – L-Irlanda
(400 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Il-Greċja
(849 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Spanja
(640 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Franza
(1312 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – L-Italja
(772 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Ċipru
(555 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Il-Latvja
(742 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Il-Litwanja
(950 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Il-Lussemburgu
(551 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – L-Ungerija
(533 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Malta
(742 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – L-Olanda
(702 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – L-Awstrija
(829 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Il-Polonja
(396 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Il-Portugall
(781 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Ir-Rumanija
(544 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Is-Slovenja
(723 Kb) ![]()
Rapport nazzjonali – Is-Slovakkja
(872 Kb) ![]()