Skip to main content

Kompendju

Il-Kompendju jintuża biex jitfasslu talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja bejn il-pajjiżi tal-UE.

Il-Kompendju huwa għodda għat-tfassil ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja, bħal:

  • Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea
  • Mandat ta’ Arrest Ewropew

Dan jgħin lill-prattikanti biex

  • jimlew il-formola tat-talba, u jiżgura li ddaħħal l-informazzjoni kollha rikjesta
  • jimportaw l-indirizz, eċċ. tal-awtorità kompetenti ta’ eżekuzzjoni.
  • iżidu l-logo u l-indirizz uffiċjali mill-organizzazzjoni/awtorità tiegħek

Il-formoli huma disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE.

Il-Kompendju għandu 3 taqsimiet għat-tfassil tat-talbiet:

  • Għall-pajjiżi tal-UE: Agħżel minn mappa jew lista biex tfassal talba għal kooperazzjoni ġudizzjarja
  • Għan-Norveġja: Għat-tfassil ta’ talba għal assistenza legali reċiproka li trid tintbagħat lin-Norveġja
  • Għall-pajjiżi mhux tal-UE: Għat-tfassil ta’ talba għal assistenza legali reċiproka li trid tintbagħat lil pajjiż mhux tal-UE.

Il-ġestjoni ta’ talbiet preċedenti

Is-sistema tħallik tissejvja kull talba fuq id-drive lokali tiegħek u tirrikorri għaliha aktar tard, pereż. biex tkompli taħdem fuq abbozz preċedenti (ara l-buttuna Open a request from your local drive).

Din l-għodda hija disponibbli hawnhekk (nota: se tkun qed toħroġ mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja).

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna