Skip to main content

1 - Kif tikseb parir legali

Finlandja

Huwa ferm importanti li tikseb parir legali indipendenti meta b’xi mod tkun involut fi proċedura kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkustanzi inti jkollok id-dritt li tkun irrappreżentat minn avukat. Huma jgħidulek ukoll dak li se jagħmel għalik l-avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif se jitħallsu d-drittijiet tal-avukat jekk inti ma jkollokx il-possibbiltà li tħallas.

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja
Flag of Finland

Kif nista’ nsib avukat?

Jekk tkun suspettat b’reat, dejjem għandek id-dritt għal avukat. Il-pulizija tista’ tistaqsik jekk teħtieġx avukat, iżda bil-liġi m’għandekx bżonn avukat sakemm ma tkunx ġejt detenut, arrestat jew impriġunat. Normalment ikollok id-dritt li jkollok l-avukat li trid miegħek waqt li tiġi interrogat. Il-pulizija tista’ wkoll issiblek avukat jekk taħseb li jkollok bżonn wieħed imma ma tkunx taf fejn tista’ ssib wieħed.

Ma hemm l-ebda monopolju fuq l-avukatura fil-Finlandja, jiġifieri kull min għandu lawrja fil-liġi jista’ jaħdem ta’ avukat (il-liġi dwar dan bħalissa qed tiġi riveduta). Tista’ ssib avukat kriminali fis-sit web tal-Kamra tal-Avukati Finlandiża. Barra minn hekk, jistgħu jgħinuk l-Uffiċċji tal-Għajnuna Legali (hawnhekk tista’ ssib l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-Uffiċċji tal-Għajnuna Legali).

Kif tħallas għal avukat

Ir-regola ewlenija hi li għas-servizzi tal-avukat tħallas int stess. Jekk id-dħul tiegħek ikun baxx, tista’ tirċievi l-għajnuna legali. F’dak il-każ, l-Istat iħallas id-drittijiet kollha tal-avukat jew parti minnhom. Jekk tkun suspettat b’reat li s-sentenza l-aktar baxxa għalih hija ta’ erba’ xhur priġunerija, jitqabbad avukat difensur għalik jekk titlob wieħed. L-Istat iħallas id-drittijiet tal-avukat difensur. Madankollu, ikollok tħallas lura d-drittijiet tal-avukat difensur lill-Istat jekk tiġi kkundannat għar-reat, sakemm id-dħul tiegħek ma jkunx daqshekk baxx li int intitolat għall-għajnuna legali. L-ammonti li trid tħallas jiġu ddeterminati bl-istess mod bħal għall-għajnuna legali.

L-avukat difensur jista’ jkun avukat għall-għajnuna legali pubbliku, jew avukat ieħor. Normalment, jekk titlob avukat speċifiku, huwa jinħatar bħala l-avukat tiegħek.

Ħoloq relatati

Il-Kamra tal-Avukati Finlandiża

Il-Kamra tal-Avukati Finlandiża

Finlands Advokatförbund

Oikeusaputoimistojen yhteystiedot

Contact information of the public legal aid offices

Kontaktinformation för rättshjälpsbyråerna

Income limits for receiving legal aid

Inkomstgränser för beviljande av rättshjälp

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna