Skip to main content

Għodda Interattiva dwar id-Drittijiet Fundamentali

Tista’ tuża l-Għodda Interattiva għad-Drittijiet Fundamentali biex issib l-organizzazzjoni t-tajba biex tgħinek bid-drittijiet fundamentali tal-problema tiegħek.

SEZZJONIJIET TAL-FORMOLA

1. Fejn?

F’liema pajjiż seħħ il-ksur allegat tad-dritt(ijiet) fundamentali tiegħek?

2. Xiex?

Jekk jogħġbok, agħżel iż-żona tal-ksur allegat
Dawn huma għal meta int tkun ittrattat ħażin, miżmum inġustament, ittorturat, jew tkun vittma ta' piena jew trattament degradanti jew inuman, skjavitù, jew xogħol forzat, jew traffikar tal-bnedmin. Dawn japplikaw ukoll għal każijiet fejn pereżempju jinqatel qarib tiegħek.
Dawn huma għal meta tiġi ttrattat differenti fuq il-bażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, l-età, id-diżabbiltà, l-orjentament sesswali (għal nies leżbjani, omosesswali, bisesswali, transesswali jew intersesswali), ir-reliġjon u t-twemmin tiegħek, jew għal raġunijiet oħra bħall-edukazzjoni, l-impjieg, is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi jew l-abitazzjoni. Dawn japplikaw ukoll jekk tkun vittma ta' reat ta' mibegħda - reat motivat minn razziżmu, ksenofobija, intolleranza reliġjuża, jew minn diżabbiltà reali jew perċepita, orjentament sesswali jew identità tal-ġeneru.
Dawn huma għal meta tkun ristretta l-libertà tiegħek li jkollok opinjoni, u li tirċievi u tittrażmetti informazzjoni u ideat, inkluż onlajn. Dawn ikopru wkoll attivitajiet bħall-ħolqien, il-prestazzjoni, id-distribuzzjoni jew l-eżibizzjoni liberi ta' xogħlijiet artistiċi.
Dawn huma għal meta ma titħallilekx il-libertà tal-għaqda paċifika, jew ma titħalliex tifforma partit politiku jew tingħaqad ma' trade union jew kwalunkwe assoċjazzjoni oħra. Dawn japplikaw ukoll jekk id-dritt tiegħek li tivvota jew li toħroġ bħala kandidat f'elezzjoni jkunu ristretti. Jekk tiġi miċħud minn protezzjoni diplomatika jew konsulari mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħek, dan ikun kopert ukoll.
Dawn huma, pereżempju, għal meta ma titħalliex tiċċaqlaq jew tirrisjedi liberament fl-Unjoni Ewropea, biex taħdem, tistudja, tiftaħ negozju jew takkumpanja membru tal-familja.
Dawn huwa għal meta tkun tixtieq tqajjem kwistjoni dwar amministrazzjoni ħażina, bħal meta l-kwistjonijiet tiegħek ma jiġux ttrattati b'mod imparzjali, ġust jew fi żmien raġonevoli minn uffiċċju governattiv, awtorità lokali jew kwalunkwe istituzzjoni pubblika oħra.
Dawn huma għal meta l-ħajja privata jew tal-familja tiegħek ma tiġix rispettata. Dawn jinkludu l-identità personali tiegħek (eż l-għażla tal-isem, kif tilbes, l-identità sesswali), it-trattamenti mediċi (negliġenti jew bla kunsens), segwiment bil-moħbi (inkluż cyberstalking), tfittxijiet fuq il-persuna bla ġustifikazzjoni jew teħid tal-marki tas-swaba' mill-pulizija, ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, ir-relazzjoni bejnek u sieħbek/seħbitek (inkluża sħubija tal-istess sess), l-adozzjonijiet, eċċ. Dawn jinkludu wkoll sitwazzjonijiet fejn titkeċċa għal raġuni marbuta mal-maternità u d-dritt għal liv tal-maternità u tal-ġenituri bi ħlas.
Dawn huma dwar il-ġbir tad-data personali tiegħek, l-aċċess għaliha u l-użu minnha (kulma jidentifikak, bħal ismek, in-numri tat-telefown, id-data tat-twelid jew ir-ritratti) minn oħrajn (individwi, kumpaniji, awtoritajiet pubbliċi, il-gvern, aġenziji jew kwalunkwe korp ieħor), inkluż onlajn. Dawn jinkludu wkoll telefonati jew posta ta' promozzjoni kummerċjali diretta li ma tkunx trid tirċievi.
Dawn huma għal meta ma titħalliex tgawdi l-proprjetà tiegħek, inklużi l-artijiet, il-flettijiet, il-karozzi eċċ. Dawn japplikaw ukoll jekk, bħala awtur jew inventur, tixtieq tipproteġi l-kreazzjoni tiegħek u l-qligħ minnha. Dawn jistgħu jkunu relatati ma' xogħlijiet koperti minn drittijiet tal-awtur kif ukoll privattivi, marki kummerċjali, u metodi tan-negozju u proċessi industrijali oriġinali.
Dawn huma għal meta ma titħalliex tagħżel impjieg liberament, taħdem, jew tiftaħ jew tmexxi negozju liberament. Dawn ikopru wkoll id-drittijiet tiegħek bħala ħaddiem għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq il-post tax-xogħol, id-dritt ta' negozjar kollettiv u azzjoni, il-ħarsien minn tkeċċija inġusta kif ukoll id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti. Ikopru wkoll in-nuqqas ta' protezzjoni taż-żgħażagħ fix-xogħol u t-tħaddim tat-tfal.
Dawn huma għal meta ma titħalliex taċċessa l-intitolamenti tas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali, l-iktar waqt maternità, mard, aċċident, telf ta' impjieg jew minħabba l-età. Dawn ikopru d-drittijiet tiegħek għal aċċess għal kura u trattament mediċi bażiċi, u għal assistenza soċjali u għall-abitazzjoni inkluż appoġġ finanzjarju. Dawn ikopru wkoll problemi ta' aċċess għal edukazzjoni obbligatorja kif ukoll edukazzjoni superjuri u ulterjuri, inkluż taħriġ vokazzjonali u universitarju jew nuqqas ta' rispett minn faċilitajiet edukattivi għall-konvinzjonijiet reliġjużi, filosofiċi u pedagoġiċi tal-ġenituri. Dawn japplikaw ukoll għal problemi b'aċċess għal servizzi ġenerali bħal servizzi postali, telekomunikazzjonijiet jew trasport.
Dawn huma għal meta tħabbat wiċċek ma' trattament inġust int u tixtri prodott jew servizz (inkluż xiri onlajn), jew meta dak li tixtri jkun ta' standard baxx. Ikopru wkoll kwistjonijiet bħal klawżoli kuntrattwali inġusti jew jekk tkun imqarraq mir-reklamar jew jekk l-operatur tal-pakkett tal-ivvjaġġar tiegħek ifalli.
Dawn huma għal meta l-ambjent fejn tgħix ma jiġix preżervat u mħares kif xieraq. Ikopruk ukoll jekk ikollok tbati t-tniġġis, bħal kwalità tal-arja ħażina jew kimiċi tossiċi.
Dawn huma għal meta ma tkunx tista' tirrikorri għall-ġustizzja, meta s-smigħ tiegħek ikun inġust jew immexxi ħażin fil-privat, il-qorti ma tkunx indipendenti, it-tul tal-proċedimenti ma jkunux raġonevoli jew jekk ma tirċevix għajnuna legali jew rappreżentanza legali. Japplikaw ukoll jekk tkun ittrattat bħala ħati qabel ma l-ħtija tiġi ppruvata f'qorti, jekk tinsab ħati ta' att li mhux reat kriminali, il-piena tkun ħarxa żżejjed jew qed tiġi kkastigat darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess att.
Dawn huma għal meta ma titħalliex titlob ażil jew jekk titneħħa, titkeċċa jew tiġi estradit lejn pajjiż fejn hemm riskju serju li tista' tkun soġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti oħrajn.
Dawn huma għal meta ma titħalliex taċċessa l-benefiċċji soċjali (bħall-pensjoni tad-diżabbiltà) jew meta l-parteċipazzjoni tiegħek fil-ħajja soċjali, kulturali u politika tkun ipperikolata minħabba li int tifel jew tifla, persuna anzjana jew m'intix protett speċifikament bħala membru tal-gruppi li ġejjin: tfal, anzjani jew persuni b'diżabbiltà.

3. Minn min?

Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Għandek id-dritt li tkun ittrattat ġustament u b'rispett.
Dan id-dritt iħarsek minn, pereżempju, l-użu eċċessiv ta' forza letali mill-pulizija u mill-piena tal-mewt.
Għandek id-dritt li titħares milli tkun sfruttat jew imweġġa' fiżikament jew mentalment. Dan id-dritt jestendi wkoll għall-protezzjoni milli tiġi operat mingħajr kunsens, jew mill-bejgħ tal-organi tiegħek. Huwa jħares ukoll l-idea ta' "umanità" b'mod iktar ġenerali billi jipprojbixxi l-klonazzjoni umana jew l-interferenza fir-riproduzzjoni bl-għan ċerti gruppi soċjali u etniċi jitwaqqfu milli jkollhom tfal.
Għandek id-dritt li tkun protett minn tortura u trattamenti li jkunu intenzjonalment umiljanti, ta' wġigħ u ta' tbatija.
Għandek id-dritt li ma tkunx proprjetà jew ikkontrollat minn persuna oħra jew imġiegħel tiċċaqlaq minn post għall-ieħor biex taħdem jew tagħmel xi ħaġa kontra r-rieda tiegħek.
Għandek id-dritt li titħares milli tkun detenut bla raġuni valida. Pereżempju, tista' tintbagħat il-ħabs biss jekk ikkommettejt delitt; tista' tiġi arrestat biss jekk tkun suspettat li kkommettejt delitt u ma għandekx tgħaddi minn tfittxijiet fuq persuntek irraġonevoli u raffi mingħajr ġustifikazzjoni.
Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Dan id-dritt jissalvagwardja d-diversità kulturali, lingwistika u reliġjuża u jippermettilek tieħu sehem f'din id-diversità u tikkontribwixxi għaliha.
Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti fix-xogħol minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti fl-edukazzjoni minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti meta tipprova ssib xi mkien fejn tgħix jew meta tkun f'darek minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti meta tkun qed tirċievi benefiċċji soċjali minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti meta tipprova taċċessa prodotti u servizzi minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Għandek il-libertà li tesprimi liberament l-ideat tiegħek (inklużi ideoloġiji u valuri morali) kif ukoll it-twemmin reliġjuż jew nonreliġjuż tiegħek.
Għandek il-libertà li tesprimi u li tirċievi ideat u informazzjoni differenti. L-istampa għandha wkoll il-libertà li tippubblika kull informazzjoni li ma tkunx falza jew malafamanti.
Għandek il-libertà li tgawdi xogħlijiet kulturali u studji xjentifiċi, titgħallem minnhom u tinvestigahom. Jekk dawn ix-xogħlijiet ikunu fid-dominju pubbliku jew ma jkunux protetti mid-drittijiet tal-awtur, tista' anke taqsamhom mal-pubbliku.
Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Għandek il-libertà li tiltaqa' pubblikament jew privatament u tingħaqad ma' oħrajn għal kwalunkwe fini, sakemm dan ikun legali.
Għandek id-dritt li tipparteċipa f'kull elezzjoni li tkun intitolat għaliha u li toħroġ bħala kandidat.
Għandek id-dritt li tingħata protezzjoni mill-ambaxxata jew konsulat tiegħek.
Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Għandek id-dritt li tkun protett mix-xkiel illegali għall-ħajja personali u familjari tiegħek, inkluż f'darek u fil-komunikazzjonijiet tiegħek ma' nies oħra (inkluż onlajn).
Għandek id-dritt li tiżżewweġ lis-sieħeb jew sieħba tiegħek u li jkollok familja.
Għandek id-dritt li tibbilanċja l-ħajjar professjonali u dik familjari, inkluż id-dritt li titħares minn tkeċċija inġusta konnessa mal-maternità. Dan jinkludi wkoll id-dritt tiegħek għal liv tal-maternità u tal-ġenituri mħallas wara t-twelid jew l-adozzjoni ta' tfal.
Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Għandek id-dritt li tiddeċiedi fejn tiżviluppa professjonalment il-ħiliet, il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tiegħek.
Għandek id-dritt li tiftaħ negozju mingħajr restrizzjonijiet addizzjonali apparti jew iktar minn dawk li huma prattika standard.
Għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni rigward id-drittijiet tiegħek fuq ix-xogħol u li tkun tista' ssemma' leħnek meta jkun hemm bidliet fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jaffettwawk direttament.
Għandek id-dritt li tinteraġixxi kollettivament ma' nies oħra fuq ix-xogħol bħala parti min-negozjati dwar ftehim kollettiv, kuntratti tax-xogħol u negozjati relatati oħrajn li jaffettwaw l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħek. Dan id-dritt jippermettilek ukoll li tibda azzjonijiet kollettivi bħal strajks, protesti u azzjonijiet simili oħrajn.
Għandek id-dritt li jkollok aċċess liberu għall-aġenziji tal-impjiegi u kumpaniji oħrajn li jistgħu jgħinuk issib impjieg xieraq għall-kwalifiki u l-esperjenza tiegħek.
Għandek id-dritt li titħares milli titkeċċa mix-xogħol b'mod li jmur kontra l-liġijiet industrijali applikabbli.
Għandek id-dritt li jkollok kundizzjonijiet tax-xogħol li jissodsifaw l-istandards tal-ġustizzja.
Għandek id-dritt li titħares milli tkun impjegat meta tkun għadek taħt l-età tax-xogħol. Hemm ukoll protezzjoni jekk qed taħdem wara l-ilħuq tal-età tax-xogħol.
Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Għandek id-dritt ta' aċċess għall-qrati jew li tuża mezzi oħrajn biex titlob id-drittijiet tiegħek. Il-fatt li teżisti qorti mhux biżżejjed; trid tintuża biex tieħu deċiżjonijiet li jagħmlu differenza fis-sitwazzjoni li tkun l-oġġett tal-proċedimenti. Il-qrati jridu jkunu wkoll ġusti - billi jittrattaw lilek u lill-oħrajn bl-istess mod, u jaġixxu skont regoli stabbiliti.
Għandek id-dritt li tkun ittrattat bħala persuna innoċenti sakemm tiġi ppruvata l-ħtija tiegħek; għandek id-dritt li tiġi difiż meta tiġi akkuża b'reat.
Għandek id-dritt li titħares milli tiġi kkastigat għal delitt li mhux previst mil-liġi. Il-pieni għandhom ikunu proporzjonali għad-delitt kommess.
Għandek id-dritt li titħares milli titressaq il-qorti u tiġi kkastigat għall-istess reat iktar minn darba għal att kriminali wieħed.
Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Għandek id-dritt li titlob ażil f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Għandek id-dritt li titħares minn tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni illegali mill-pajjiż fejn qed tirrisjedi.
Jekk jogħġbok agħżel il-kwistjoni speċifika rilevanti għall-każ tiegħek
Bħala tifel jew tifla għandek id-dritt għall-protezzjoni u l-kura meħtieġa għall-ġid tiegħek. Għandek ukoll id-dritt li tesprimi l-opinjonijiet tiegħek u li dawn l-opinjonijiet jiġu kkunsidrati.
Għandek id-dritt li titħares biex il-kundizzjoni mentali jew fiżika tiegħek ma taffettwalekx it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet l-oħra tiegħek.
Bħala persuna anzjana għandek id-dritt tgħix ħajja dinjituża u indipendenti u li tipparteċipa fil-ħajja soċjali u kulturali.

4. Korpi u entitajiet

Il-ksur allegat twettaq minn entità privata jew pubblika?
Din tinkludi korpi governattivi mis-setturi kollha u fil-livelli kollha (nazzjonali, reġjonali, lokali, eċċ.) kif ukoll korpi li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi.
Din tinkludi persuni fiżiċi (individwi), kumpaniji privati jew entitajiet tan-negozju.
Ma nafx

Ma ġie identifikat l-ebda korp mhux ġudizzjarju li jista’ jittratta mal-ksur allegat tad-drittijiet fundamentali tiegħek. Jekk jogħġbok mur lura u rrevedi l-għażliet differenti possibbli.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna