Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transkonfinali?
Claims Officer
The Palace, St George’s Square
Valletta
Nista’ nibgħat talba direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transkonfinali (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta' assistenza f’art twelidi)?
Ma tistax tibgħat talba direttament
B’liema lingwa(i), l-awtoritajiet li jridu jagħtu kumpens, jaċċettaw:
- it-talba? Il-lingwa Maltija jew Ingliza
- id-dokumenti ta’ sostenn? Il-lingwa Maltija jew Ingliza
Jekk l-awtorità li trid tagħti kumpens tittraduċi dokumenti minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
Tħallas għal dan l-awtorita' ta' kumpens
Hemm imposti ħlasijiet amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas dawn?
M'hemmx imposti ħlasijiet
Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min irrid nikkuntattja?
Mhux applikabbli
Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?
Mhux applikabbli
Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba mill-pajjiż fejn għandi r-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti, jew is-saħħa tiegħi/korriment ikun irid jiġi eżaminat minn esperti mediċi t’hemmhekk stess?
Jistgħi jiġu aċċettati fid-diskrezzjoni tal-Uffiċjali tat-Talbiet li jista' wkoll jiddeċiedi li jqabbad esperti mediċi lokali
Ser ningħata lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
Iva, dawn jingħataw lura
Kemm tieħu żmien biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?
L-awtorita' tieħu bejn xahar u xahrejn
B’liema lingwa nista’ nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
Id-deċizjoni tista' tirċeviha bl-Ingliz
Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
Dan mhux possibbli
Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?
Iva, tista' tingħata
Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transkonfinali?
jew l-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali: https://justice.gov.mt/mt/LegalAidMalta/Pages/home.aspx