Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?
Bħala parti għall-proċess, int għandek id-dritt li tressaq appell kontra d-deċiżjoni quddiem qorti distrettwali fi żmien 30 jum minn meta tinqata’ s-sentenza.
X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?
Int għandek id-dritt li tiġi notifikat(a) f’każ tar-rilaxx bikri tat-trasgressur kundannat mill-ħabs jekk int titlob li jsir hekk matul il-proċedimenti.
Jien intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?
Il-proċess tal-proċedimenti kriminali ma jaffettwax kemm int iddum tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittma. Int tista’ tkompli tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittma wara l-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali mingħajr ebda terminu perentorju speċifiku.
X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi sentenzjat?
Int tiġi informat(a) dwar is-sentenza tal-qorti, li tiddikjara t-tul tas-sentenza mogħtija lill-persuna suspettata. Int tiġi notifikat(a) ukoll f’każ tar-rilaxx bikri tat-trasgressur kundannat mill-ħabs jekk int titlob li jsir hekk.
Se niġi informat(a) jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż rilaxx kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?
Jekk int titlob hekk matul l-interrogazzjoni tiegħek, tiġi notifikat(a) jekk it-trasgressur kundannat jinħeles jew jaħrab mill-ħabs.
Inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar rilaxx jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew inressaq appell?
Int tista’ tintalab tagħti opinjoni matul il-proċedimenti ta’ rilaxx bikri, iżda ma tistax tappella kontra t-tali deċiżjonijiet.