Skip to main content

4 - Kumpens

Malta
Il-kontenut ipprovdut minn
Malta
Flag of Malta

X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur?  (pereż. kawża fil-qorti, kawża ċivili, talba għad-danni)

Il-proċedura legali biex titlob kumpens mingħand it-trasgressur hija li tiftaħ kawza ċivili għad-danni kontrih, sakemm ma jkunx hemm diġa' xi ordni ta' ħlas mit-trasgressur lill-vittma maħruġa mill-qorti kriminali.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni għad-danni/jagħtini kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallasni?

Meta jkun hemm ordni bħal dik, inti jkollok dritt tezegwixxi dik l-ordni daqslikieku kellek favur tiegħek deċizjoni tal-qorti ċivili bil-konsegwenza li tkun tista' saħansitra tipproċedi billi titlob ħruġ ta' mandati ta' qbid u sekwestru.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, l-Istat jista’ jħallasni bil-quddiem?  B'liema kundizzjonijiet?

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, allura hemm possibilita' li l-Gvern iħallas lill-vittma bil-quddiem taħt ċertu kundizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fid-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali.

Għandi dritt għal kumpens mingħand l-Istat?

Iva għandek dritt titlob kumpens mingħand l-Istat taħt skema għal ħsara kkawzata mill-kriminalita'.

Jien intitolat għal kumpens jekk it-trasgressur ma jinstabx ħati?

Hemm jedd għal kumpens anke meta t-tragressur ma jinstabx ħati jew ma jkunx magħruf.

Għandi dritt għal pagament ta’ emerġenza waqt li qed nistenna li tiġi deċiża t-talba għall-kumpens tiegħi?

Eċċezzjonalment, jista' jkun hemm pagament t'emerġenza sakemm tiġi finalment deċiza t-talba għall-kumpens.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna