Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tas-Sjieda Benefiċjarja

Dwar dan is-servizz

Tista’ ssib l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ kumpaniji, entitajiet legali, trusts jew arranġamenti legali reġistrati fir-reġistri nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE, tal-Iżlanda, tal-Liechtenstein jew tan-Norveġja billi tuża s-servizz “Sib informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja”.

Huwa parti mis-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tas-Sjieda Benefiċjarja (BORIS), stabbilita f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843.

Sir af aktar dwar ir-reġistri nazzjonali tas-sjieda benefiċjarja u l-informazzjoni li jkun hemm fihom.

Għal kwalunkwe domanda dwar dan is-servizz, ikkuntattja lil just-boris-helpdesk@ec.europa.eu.

Kif jaħdem

Sabiex tfittex sid benefiċjarju:

  • Fittex l-isem tal-entità u/jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-entità.
  • Tara lista ta’ riżultati li jaqblu mat-tfittxija tiegħek bil-prezz u bl-informazzjoni rispettiva dwar is-sjieda benefiċjarja.
  • Agħżel l-Informazzjoni dwar is-Sjieda Benefiċjarja li tixtieq u żidha fil-basket tiegħek.
  • Kif tagħżel l-Informazzjoni dwar is-Sjieda Benefiċjarja li teħtieġ, mur fiċ-Check Out.

Konsenja tad-dokumenti

Id-dokumenti ta’ Informazzjoni dwar is-Sjieda Benefiċjarja jkunu disponibbli biex jitniżżlu mill-browser tiegħek.

Tiġi nnotifikat b’email dwar id-disponibbiltà tad-dokumenti malli jiġu kkonsenjati mir-reġistri nazzjonali.

Aċċess għad-dokumenti

Ladarba tkun tista’ tniżżel dokument ta’ Informazzjoni dwar is-Sjieda Benefiċjarja mill-browser tiegħek, tkun tista’ tissejvjah lokalment għall-użu personali tiegħek.

Id-dokumenti ta’ Informazzjoni dwar is-Sjieda Benefiċjarja jkunu disponibbli biex jitniżżlu għal sitt ijiem mill-ħin tal-konsenja.

Links għall-paġni web tar-reġistri nazzjonali

Pajjiż

Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja

L-Awstrija

Bundesministerium für Finanzen Register der wirtschaftlichen Eigentümer

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Awstrija PDF (154 Kb) en

Il-Belġju

Registre UBO/Reġistru UBO

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Belġju  PDF (148 Kb) en

Il-Bulgarija

Ir-Reġistru Kummerċjali u r-Reġistru tal-Entitajiet Legali Mingħajr Qligħ

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Bulgarija  PDF (137 Kb) en

Il-Kroazja

Link għall-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali

Link għall-aċċess mill-pubbliku

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Kroazja  PDF (227 Kb) en

Ir-Repubblika Ċeka

Evidence skutečných majitelů (ir-Reġistru Ċek tas-Sidien Benefiċjarji)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tar-Repubblika Ċeka  PDF (165 Kb) en

Ċipru

Reġistru nazzjonali ta’ Ċipru: Id-Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u l-Proprjetà Intellettwali (DRCIP)

Ir-Reġistru tas-Sidien Benefiċjarji tat-Trusts ta’ Ċipru — “CyTBOR”

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja ta’ Ċipru PDF (176 Kb) en

Id-Danimarka

Ir-Reġistru Ċentrali tan-Negozju (Central Business Register, CVR)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tad-Danimarka PDF (119 Kb) en

L-Estonja

Id-data tas-sid benefiċjarju ssir pubblika fis-sistema ta’ informazzjoni tar-reġistru kummerċjali: Äriregister/ir-Reġistru Kummerċjali

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Estonja PDF (158 Kb) en

Il-Finlandja

Patentti-ja rekisterihallitus (l-Uffiċċju Finlandiż tal-Privattivi u tar-Reġistrazzjoni)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Finlandja PDF (181 Kb) en

Franza

L-Institut nazzjonali Franċiż tal-Proprjetà Intellettwali (Institut national de la propriété intellectuelle, INPI) huwa l-entità li se tiċċentralizza l-informazzjoni dwar is-Sjieda Benefiċjarja biex tkun interkonnessa fil-livell tal-UE

L-informazzjoni dwar is-Sjieda Benefiċjarja tal-persuni ġuridiċi hija ċċentralizzata minn kull reġistratur tal-qrati kummerċjali li l-istanza ta’ koordinazzjoni tiegħu hija l-Conseil national des greffiers des tribunaux de commerce

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja ta’ Franza PDF (121 Kb) en

Il-Ġermanja

Transparenzregister (Ir-reġistru ta’ trasparenza)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Ġermanja PDF (115 Kb) en

Il-Greċja

Κεντρικό Μητρώο Πραγματικών Δικαιούχων (Κ.Μ.Π.Δ.)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Greċja PDF (125 Kb) en

L-Ungerija

Il-link tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja għadha mhux disponibbli.

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Ungerija PDF (187 Kb) en

L-Iżlanda

Dħul u Dwana tal-Iżlanda (Skatturinn)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Iżlanda PDF (119 Kb) en

L-Irlanda

Il-Bank Ċentrali tal-Irlanda - Ir-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja ta’ Ċerti Veikoli Finanzjarji

Ir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja ta’ Kumpaniji u Soċjetajiet Industrijali u tal-Provvediment - għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja għal entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħra

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Irlanda PDF (157 Kb) en

L-Italja

Informazzjoni mhux disponibbli


Il-Latvja

Is-sit web tal-informazzjoni tar-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Latvja PDF (124 Kb) en

Il-Liechtenstein

Ir-reġistru elettroniku għadu mhux disponibbli


Il-Litwanja

Sistema ta’ Informazzjoni tal-Parteċipanti tal-Entità Ġuridika (JADIS)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Litwanja PDF (120 Kb) en

Il-Lussemburgu

Ir-reġistru huwa stabbilit permezz tal-awtorità tal-AED taħt l-isem ta’ Reġistru tal-Fiducies u tat-Trusts

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Lussemburgu PDF (164 Kb) en

Malta

Ir-Reġistru tas-Sidien Benefiċjarji għas-Sħubijiet Kummerċjali u l-Entitajiet Legali huwa amministrat mir-Reġistru Kummerċjali ta’ Malta (Malta Business Registry, MBR)

Fil-każ tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tat-Trusts li huwa amministrat mill-MFSA, il-pjattaforma tissejjaħ Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja Aħħarija tat-Trustsir- (Trusts Ultimate Beneficial Ownership Register, TUBOR)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja ta’ Malta PDF (152 Kb) en

In-Netherlands

KVK uittreksel UBO-register

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tan-Netherlands PDF (159 Kb) en

In-Norveġja

Ir-reġistru bħalissa mhuwiex operattiv. Ir-reġistru Norveġiż qed jiġi żviluppat u huwa ppjanat li jkun qed jaħdem fil-bidu tal-2023

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tan-Norveġja PDF (115 Kb) en

Il-Polonja

Centralny Rejestr Beneficjentów Rzeczywistych (Reġistru Ċentrali tas-Sidien Benefiċjarji)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Polonja PDF (183 Kb) en

Il-Portugall

Registo de Beneficiário Efetivo

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Portugall PDF (123 Kb) en

Ir-Rumanija

L-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru Kummerċjali jimmaniġġja r-Reġistru tal-Benefiċjarji Reali

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tar-Rumanija PDF (210 Kb) en

Is-Slovakkja

Register konečných užívateľov výhod

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tas-Slovakkja PDF (115 Kb) en

Is-Slovenja

Ir-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tas-Slovenja PDF (181 Kb) en

Spanja

L-isem tar-reġistru nazzjonali se jkun “Registro de Titularidades Reales” (RETIR), il-verżjoni bl-Ispanjol għar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja. Il-link għadha ma ġietx deċiża.

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja ta’ Spanja PDF (125 Kb) en

L-Iżvezja

Bolagsverket (l-Uffiċċju Żvediż għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji)

Dettalji tar-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja tal-Iżvezja PDF (145 Kb) en

Protezzjoni tad-Data

Biex tkun taf kif nipproteġu d-data personali tiegħek, aqra l-avviż legali tagħna, b’mod partikolari d-dikjarazzjoni ta’ privatezza u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data PDF (354Kb) en. Jista’ jkun utli għalik wkoll li taqra r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fil-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-BORIS

L-aħħar aġġornament: 08/06/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.