Skip to main content

Impatt tal-COVID-19 fuq materji ċivili u ta’ insolvenza

Flag of Cyprus
Ċipru
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

1 Impatt tal-Covid-19 fuq proċedimenti ċivili

1.1 It-termini fi proċedimenti ċivili

It-termini proċedurali huma sospiżi sat-30 ta’ April 2020.

1.2 L-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-Ġudikatura

Is-seduti ta’ smigħ kollha u proċeduri oħrajn huma sospiżi sat-30 ta’ April 2020. Eċċezzjonijiet: applikazzjoni għal ordni provviżorja estremament urġenti, proċedimenti ta' estradizzjoni u proċedimenti oħra li jittrattaw restrizzjonijiet fuq il-libertà personali (eż. detenzjoni illegali, detenzjoni f'istituzzjoni psikjatrika.)

Ir-Reġistratur jaċċetta l-preżentata ta’ rikors biss jekk dan ikun appoġġjat minn applikazzjoni għal ordni provviżorja u sakemm ikun urġenti li jinstema'. Il-materja urġenti għandha tiġi eżaminata u deċiża mill-imħallef.

1.3 Il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-UE

-

2 Miżuri relatati mal-insolvenza adottati jew ippjanati li jiġu adottati fl-Istati Membri wara t-tifqigħa tal-pandemija

2.1 Miżuri sostantivi ta’ insolvenza u kuntratti relatati li jaffettwaw il-miżura

2.1.1 Sospensjoni tal-insolvenza

2.1.1.1 Sospensjoni tad-dmir li wieħed japplika għall-insolvenza (debituri)

-

2.1.1.2 Protezzjoni tad-debituri dwar applikazzjoni għall-insolvenza mill-kredituri

-

2.1.2 Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ talba u sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt

2.1.2.1 Moratoria ġenerali / speċifiċi fuq l-eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet / l-eżekuzzjoni ta’ċerta tipi ta’ pretensjonijiet

-

2.1.2.2 Sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt (kuntratti ġenerali / speċifiċi)

Il-proċedimenti ta’ żgumbrament u l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ żgumbrament għan-nuqqas ta’ ħlas tal-kera matul il-perjodu attwali, ġew sospiżi sal-31-05-2020.

2.2 Civili, inkluż is-sospensjoni tal-qrati tal-insolvenza u s-sospensjonijiet proċedurali

- Sospensjoni tal-kawżi bejn is-16.3.2020 u t-30.4.2020 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

F’kawżi ċivili

(i) rikorsi għal ordnijiet temporanji f’każijiet eċċezzjonalment urġenti,

(ii) appelli dwar proċeduri ta’ rkanti għal proprjetà immobbli (eċċ.).

- Sospensjoni sat-30.4.2020 tal-iskadenzi proċedurali kollha previsti fir-Regoli ta’ Proċedura Ċivili u skadenzi oħra preskritti f’sentenzi u ordnijiet ġudizzjarji.

2.3 Miżuri oħra ta’ insolvenza (dawk relatati mal-azzjonijiet revokatorji, pjani ta’ rijorganizzazzjoni, ftehimiet informali u oħrajn jekk ikun xieraq)

Id-Dipartiment tal-Insolvenza pproċeda bl-emendi għal-Liġi dwar l-Insolvenza Personali, bi klawżoli dwar l-estensjoni/it-tiġdid tas-sospensjoni ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali ordnati mill-qorti, minħabba kundizzjonijiet speċjali. Barra minn hekk, ġiet iffaċilitata dispożizzjoni għal-laqgħat tal-kredituri online. L-emendi għal-liġi daħlu fis-seħħ f’Awwissu 2020.

Barra minn hekk, is-simplifikazzjoni kontinwa tal-proċeduri inkluża l-implimentazzjoni tas-sottomissjoni tal-formoli online u l-pagamenti online ġiet aċċellerata. Madankollu, mistenni li l-faċilitajiet online jkunu disponibbli għall-pubbliku sat-tieni nofs tal-2021.

2.4 Miżuri relatati mhux ta’ insolvenza (differimenti tal-pagamenti, self mill-banek, sigurtà soċjali, assikurazzjoni tas-saħħa, sussidji lin-negozji)

-

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna