Sib Nutar
1. Ħarsa ġenerali
"Sib nutar" huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE asbl), u kmamar oħrajn tan-nutara parteċipanti. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja f'kuntest transfruntier billi ċ-ċittadini u l-ġuristi tal-UE jkunu jistgħu jsibu nutar faċilment madwar l-UE.
2. Termini u Kundizzjonijiet
Bl-użu ta' dan is-servizz inti taqbel li tintrabat bit-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin.
Inti taqbel li tuża dan is-servizz esklussivament għall-fini maħsub għalih – li ssib professjonist ġuridiku (nutar) biex tfittex is-servizzi tiegħu jew biex tikkuntattja professjonist kollega. M'intix se tuża s-servizz, jew kwalunkwe dejta personali mogħtija mis-servizz, bi ħsieb jew intenzjoni oħra u b'mod partikolari fir-rigward ta' attivitajiet kummerċjali, pubbliċitarji jew ta' reklamar.
M'intix permess tikkopja b'mod awtomatizzat (harvest), u / jew tqassam id-dejta li tirċievi mis-servizz "Sib nutar" permezz ta' kull mezz ieħor. Għandek il-permess toħloq ħolqa għall-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja u l-paġni kollha tagħha.
Barra dawn it-Termini, it-Termini u ċ-ċaħda rigward il-privatezza applikabbli għall-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja. Tista' tikkonsultahom hawnhekk.
Il-Kummissjoni Ewropea tista' tirrevedi dawn it-termini f'kull mument mingħajr avviż minn qabel u għandek dejjem tirreferi għall-verżjoni kurrenti ta' dawn it-Termini kif ippubblikati f'dan is-sit.
Il-liġi applikabbli hija l-liġi Belġjana u l-qrati Belġjani huma kompetenti f'każ ta' tilwim.
3. Limitazzjoni tar-Responsabbiltà
Dan is-servizz huwa pprovdut "kif inhu" u fuq bażi tal-"aqwa tentattiv". Il-Kummissjoni Ewropea, is-CNUE u l-kmamar tan-nutara nazzjonali parteċipanti jiċħdu kull u kwalunkwe responsabbiltà, kemm espliċita u kemm implikata. B'mod partikolari ma nistgħux niggarantixxu l-istat aġġornat tad-dejta jew kemm tkun korretta, jew niżguraw id-disponibilità tas-servizz mingħajr interruzzjoni.
4. Użu ta' cookies
Nużaw cookies bl-uniku għan li nipprovdulek esperjenza pjaċevoli bħala utent. Aħna ma nżommu l-ebda dejta personali f'dawn il-cookies, u lanqas ma naqsmuhom ma' terzi.
5. Mistoqsijiet frekwenti
Mistoqsija: Minn fejn tiġi d-dejta?
Tweġiba: Id-dejta dwar in-nutara tiġi mir-reġistri tal-kmamar tan-nutara nazzjonali parteċipanti kif ipprovduti mis-CNUE u korpi kompetenti oħrajn.
Mistoqsija: It-tfittxija ssir f'ħin reali?
Tweġiba: Iva, it-tfittxija ssir f'ħin reali.
Mistoqsija: Għaliex ma nistax infittex fl-Istati Membri tal-UE kollha?
Tweġiba: F'ċerti Stati Membri tal-UE ma teżistix il-professjoni ta' nutar. Bħalissa qed naħdmu għall-interkonnessjoni tar-reġistri fir-Renju Unit u l-Irlanda fejn teżisti l-professjoni ta' nutara pubbliċi.
Mistoqsija: Qed nesperjenza diffikultà teknika / is-servizz mhux disponibbli, tistgħu tirranġawh?
Tweġiba: Ma nistgħux niżguraw id-disponibilità kull ħin u kuljum tas-servizz jew tad-disponibilità tiegħu. Jekk tesperjenza nuqqas ta' disponibilità tas-servizz sistematiku jew kwistjoni teknika oħra tista' tinnotifikana u l-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex tirrettifika l-problema malajr kemm jista' jkun.
Mistoqsija: Jiena nutar irreġistrat f'organizzazzjoni parteċipanti u s-servizz ma jagħtix riżultat b'ismi / l-informazzjoni hija żbaljata / nistieq nitneħħa. Lil min għandi nikkuntattja?
Tweġiba: Ikkuntattja lill-kamra rilevanti tiegħek tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni ma għandhiex aċċess u lanqas ma tista' timmodifika bl-ebda mod id-dejta tan-nutara. Tista' ssib l-informazzjoni ta' kuntatt hawn taħt.
Mistoqsija: Għandi mistoqsija oħra, lil min nista' nikkuntattja?
Tweġiba: Ara hawn taħt.
6. Informazzjoni ta' kuntatt
Il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja u s-servizz "Sib nutar" huma ġestiti mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ġustizzja, Unità B.3. Il-persuna responsabbli (kontrollur tad-dejta) hija Cristian NICOLAU, Kap tal-Unità.
Għal mistoqsijiet ġenerali, biex tirrapporta problema teknika jew tressaq idea, tista' tikkuntattja l-Kummissjoni Ewropea bil-posta jew bil-posta elettronika fl-indirizzi:
European Commission
DG JUST
Unit B3
B-1049 Brussels
Belgium
JUST-E-JUSTICE@ec.europa.eu
Jekk tkun trid tressaq ilment kontra kwalunkwe att tal-ipproċessar tad-dejta mwettaq fir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, tista' tikkuntattja lis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta:
European Data Protection Supervisor (EDPS)
60 Rue Wiertz (MO 63)
B-1047 Brussels
Belgium
telefown: +32 2 283 19 00
faks: +32 2 283 19 50
Informazzjoni ta' kuntatt dwar il-fornituri tad-dejta parteċipanti jistgħu jinstabu hawn taħt. Jekk ikollok kwistjoni jew mistoqsija, rigward id-dejta mogħtija mis-servizz "Sib nutar" għandek tikkuntattja l-kamra tan-nutara responsabbli direttament. Dan japplika wkoll jekk ikollok talbiet jew tħassib partikolari rigward l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek.
Il-Belġju: | La Fédération Royale du Notariat Belge (F.R.N.B) Rue de la Montagne 30-32 B-1000 Bruxelles Tel: +32.2 506 46 30 Email: notabase@cnknot.be |
Chambre des notaires de Bulgarie 46-48 Rue Opalchenska 1000 Sofia Tel: +359.2 980 99 32 Fax: +359.2 986 77 35 Email: chamber@notary-chamber.org |
|
Ir-Repubblika Ċeka: | La Chambre des Notaires de la République Tchèque Apolinářská 12, 12800 Praha 2 Tel: +420 224 921 258 Email: nkcr@nkcr.cz |
Il-Ġermanja: | The German Federal Chamber of Notaries Mohrenstrasse 34 D-10117 Berlin Tel: +49.30 38 38 66 0 Fax: +49.30 38 38 66 66 Email: bnotk@bnotk.de |
L-Estonja: | The Estonian Chamber of Notaries Kopli 31 10412 Tallinn Tel: +372 617 39 00 Email: kodar@notar.ee |
Irlanda: | The Faculty of Notaries Public in Ireland 109 Ranelagh, Dublin 6, D06 KV81 Tel: 00 353 1 497 3548 Fax: 00 353 1 496 4769 Email: info@notarypublic.ie |
Il-Greċja: | Le Conseil National du Notariat Hellénique 4 Rue Georgiou Gennadiou GR-10678 Athènes Tel: +30.210 33 07 456 – 33 07 464 Email: notaries@notariat.gr |
Spanja: | ANCERT-Agencia Notarial de Certificatión C/O Consejo General del Notariado Español P° del General Martínez Campos 46, 6° 28010 Madrid Tel: +34.913 087 232 Fax: +34. 913 087 053 Email: internacional@notariado.org |
Franza: | Le Conseil supérieur du Notariat 60 Bd de la Tour Maubourg 75007 Paris https://www.notaires.fr/fr/annuaire-chambre-notaire |
Il-Kroazja: | Croatian Notaries Chamber Radnička cesta 34/II HR 10000 Zagreb Tel: +385.1 45 56 566 Email: hjk@hjk.hr |
L-Italja: | Le Consiglio Nazionale del Notariato Via Flaminia 160, I - 00196 Rome Tel: +39 06362091 Email: Cnn.mpensato@notariato.it - Cnn.segrintern@notariato.it |
Il-Latvja: | The Council of Sworn Notaries of Latvia 20-8 Kr.Valdemara Str.,LV-1010 Riga Tel: +371.6 721 89 55 Email: info@latvijasnotars.lv |
Il-Litwanja: | The Lithuanian Chamber of Notaries Olimpiečių str. 4, LT- 09237 Vilnius Tel: +370 52 614 757 Email: rumai@notarai.lt |
L-Ungerija: | The Hungarian Chamber Of Civil Law notaries 1026 Budapest - Pasaréti út 16 Tel: 0036.1 489 48 80 Email: jogi@kamara.mokk.hu |
Malta: | The Notarial Council of Malta 91 Tarxien Road, Paola TXN 1091 Tel: +356.21 80 65 55 Email: notus@maltanet.net |
Il-Pajjiżi l-Baxxi: | The Royal Netherlands Notarial Organisation (KNB) Spui 184, 2511 BW Den Haag Tel: +31.703307111 Email: info@knb.nl |
L-Awstrija: | The Austrian Chamber of Civil Law Notaries Landesgerichtsstrasse 20 A-1010 Wien Tel: +43.1 402 45 09 0 Email: kmammer@notar.or.at |
Il-Lussemburgu: | La Chambre des Notaires Du Grand-Duché de Luxembourg 53 Bd Joseph II L-1840 Luxembourg Tel: 00352.44 70 21 Email: Chambre.des.notaires@online.lu |
Il-Polonja: | Krajowa Rada Notarialna / Polish National Council of Notaries ul. Dzika 19/23 00-172 Warszawa Tel: +22 635 78 40, +22 635 07 83 Email: biuro@krn.org.pl |
Portugall: | Ordem dos Notários Travessa da Trindade, nº 16 – 2.º C 1200-469 Lisboa, Portugal Tel: +351 21 346 81 76 Email: geral@notarios.pt |
Ir-Rumanija: | The National Union of Civil Law Notaries of Romania Str. General Berthelot, nr.41, sector 1, 010164 Bucharest Tel: +40 21 3117307 Email: Unnpr2@ines.ro |
Is-Slovenja: | Notarska Zbornica Slovenije Tavčarjeva 2, 1000 Ljubljana Tel: +386.(0)1 439 25 70 Email: Info.nzs@siol.net |
Is-Slovakkja: | La Chambre des Notaires de la République Slovaque Krasovského 13, 851 01 Bratislava Tel: +412.2 555 74 519 Email: Notarska.komora@notar.sk |