L-awtorità rilevanti tvarja bejn il-pajjiżi tal-UE u tiddependi fuq aspetti, bħal:
- ir-reat involut
- l-istadju tal-proċedimenti
- l-istrument legali użat bħala bażi ġuridika.
Meta applikabbli, l-Atlas jelenka wkoll awtoritajiet kompetenti reġjonali f’pajjiż partikolari.
Tista’ tfittex skont dawn il-miżuri li ġejjin:
- L-intraċċar u l-interċettazzjoni ta’ (tele)komunikazzjonijiet
- Aġenti u informaturi – l-infiltrazzjoni
- L-eżaminazzjoni, it-tiftix fuq il-persuna u l-evalwazzjoni tal-esperti
- Dokumenti – il-ksib
- Assi – is-sekwestru, il-konfiska u r-restituzzjoni
- Postijiet – żjara u tiftix
- Xhieda, vittmi, suspettati – taħrik u seduta ta’ smigħ
- Operazzjonijiet transfruntiera
- Miżuri speċifiċi għall-istrumenti ta’ rikonoxximent reċiproku
- Trasferiment tal-proċedimenti
Din l-għodda hija disponibbli hawnhekk (nota: se tkun qed toħroġ mill-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja).