Skip to main content

Sistemi tat-taħriġ tal-avukati

Il-Kmamar tal-Avukati, prattiki privati jew ditti legali, dawk li jipprovdu t-taħriġ u l-universitajiet huma l-organizzaturi ewlenin tal-perjodu ta’ induzzjoni tal-avukati fl-Istati Membri tal-UE. F’xi Stati Membri, dan il-kompitu jitwettaq minn Qrati tal-Appell u mill-Ministeru tal-Ġustizzja Is-superviżjoni ta’ taħriġ kontinwu, fejn din teżisti, tiġi żgurata mill-Kamra tal-Avukati.

Dawn huma skedi informattivi li jiddeskrivu s-sistemi ta' taħriġ tal-avukati fl-Istati Membri tal-UE.. Dawn jistgħu jkunu utli għal kmamar tal-avukati nazzjonali u jgħinu jqabblu t-taħriġ mogħti lill-avukati li jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor.

L-iskedi informattivi tpoġġew flimkien mill-Kunsill tal-Kmamar tal-Avukati u s-Soċjetajiet Legali tal-Ewropa (CCBE) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Avukati tal-EIPA fil-qafas tal-Proġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna