Taħriġ tal-professjonisti tal-ġustizzja
It-taħriġ tal-ġuristi fil-leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tal-UE huwa importanti biex titmexxa ’l quddiem kooperazzjoni transfruntiera effiċjenti.
In-NĠE fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
In-NĠE (f'materji ċivili u kummerċjali) jiffaċilita n-netwerking tal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-pajjiżi tal-UE sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja.
Network Ġudizzjarju Ewropew f'Materji Kriminali
In-Network Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali (NĠE kriminali) hu netwerk tal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri li jassistu fil-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali
Eurojust
Fl-2002, il-Kunsill stabbilixxa l-Eurojust sabiex isaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u serja. Fl-2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill aġġornaw il-mandat tal-Eurojust sabiex din tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni relatati mal-kriminalità transfruntiera serja. L-Eurojust hija korp magħmul minn prosekuturi, imħallfin u rappreżentanti ta’ awtoritajiet ġudizzjarji b’kompetenzi ekwivalenti.
-Istitut tad-Dritt Ewropew
L-Istitut tad-Dritt Ewropew huwa organizzazzjoni indipendenti mingħajr skop ta' qligħ, stabbilita biex tikkontribwixxi biex it-tfassil tal-liġijiet fl-Ewropa jsir aħjar, biex titejjeb l-intergrazzjoni legali Ewropea u tissawwar komunità legali Ewropea iktar enerġetika.
EuroPris
Din il-paġna fiha informazzjoni dwar stabbilimenti penitenzjarji u skedi informattivi dwar il-kundizzjonijiet tal-ħabs kif imfassla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u tipprovdi lill-prattikanti bl-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-MAE u strumenti oħra ta’ rikonoxximent reċiproku.