L-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-Kumpens tesiġi li kull pajjiż tal-UE jistabbilixxi skema nazzjonali ta’ kumpens għall-vittmi kollha ta’ delitti vjolenti u intenzjonali. Skont din il-liġi, il-vittmi kollha tad-delitti vjolenti u intenzjonali għandhom aċċess għal skema nazzjonali ta’ kumpens mill-pajjiż li d-delitt ikun sar fit-territorju tiegħu.
Hawnhekk issib informazzjoni dwar l-iskema/i ta’ kumpens disponibbli fil-pajjiżi tal-UE.
Uħud mill-pajjiżi jipprovdu wkoll aċċess għal kumpens għaċ-ċittadini tagħhom stess jekk id-delitt ikun seħħ barra mill-pajjiż. Attwalment, dan l-aspett mhuwiex kopert mir-regoli tal-UE.
Skont id-Direttiva dwar il-Kumpens, tista’ titlob kumpens mill-pajjiż tal-UE fejn ikun seħħ id-delitt jekk tgħix f’dan l-Istat (każ nazzjonali) jew jekk tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE (każ transfruntiera).
Għaldaqstant nagħtuk parir li tikkonsulta l-informazzjoni tal-pajjiż fejn seħħ id-delitt.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.