Dwar in-NĠE

In-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) huwa network ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE maħtura fost awtoritajiet ċentrali u awtoritajiet kompetenti oħra, b’responsabbiltajiet speċifiċi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.

Ir-rwol tan-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) huwa li jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, billi jipprovdi konsulenza ġuridika u prattika u li jassisti sabiex jiġu stabbiliti kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) huma involuti wkoll fl-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta’ taħriġ dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u jippromwovuhom.

Is-sit web tan-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) joffri għodod elettroniċi għall-iffaċilitar tal-kooperazzjoni, kif ukoll informazzjoni prattika oħra, inkluż dwar il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u networks ġudizzjarji barra mill-UE.

In-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) huwa taħt l-amministrazzjoni ta’ Segretarjat, li jinsab f’Eurojust fl-Aja. Il-Kap attwali tas-Segretarjat tan-NĠE huwa s-Sur Ola Löfgren.

L-aħħar aġġornament: 25/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.