Ir-rwol tan-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) huwa li jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, billi jipprovdi konsulenza ġuridika u prattika u li jassisti sabiex jiġu stabbiliti kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) huma involuti wkoll fl-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta’ taħriġ dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u jippromwovuhom.
Is-sit web tan-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) joffri għodod elettroniċi għall-iffaċilitar tal-kooperazzjoni, kif ukoll informazzjoni prattika oħra, inkluż dwar il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u networks ġudizzjarji barra mill-UE.
In-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) huwa taħt l-amministrazzjoni ta’ Segretarjat, li jinsab f’Eurojust fl-Aja. Il-Kap attwali tas-Segretarjat tan-NĠE huwa s-Sur Ola Löfgren.