Skip to main content

Studju tal-Każ 4 – Il-liġi kummerċjali – Il-kuntratti – Il-Belġju

Belġju

F’dawn l-istudji tal-każ dwar il-liġi kummerċjali – il-kuntratti, l-Istati Membri ntalbu jagħtu pariri lill-bejjiegħ dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: kumpanija tikkonsenja oġġetti b’valur ta’ EUR 20 000. Il-bejjiegħ ma jitħallasx għaliex ix-xerrej iqis li l-oġġetti ma jaqblux ma’ dak li ġie miftiehem. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jibda proċedimenti legali sabiex jikseb il-ħlas sħiħ tal-prezz. Każ B – Sitwazzjoni transfruntiera: kumpanija li l-uffiċċju reġistrat tagħha jinsab fl-Istat Membru B tikkonsenja oġġetti għall-valur ta’ EUR 20 000 lil xerrej fl-Istat Membru A. Il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi tal-Istat Membru B, u huwa miktub bil-lingwa tal-Istat Membru B. il-bejjiegħ ma jitħallasx minħabba li x-xerrej fl-Istat Membru A jqis li l-oġġetti ma jaqblux ma’ dak li kien miftiehem. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jibda proċedimenti legali fl-Istat Membru A biex jikseb il-ħlas sħiħ tal-prezz kif previst fil-kuntratt max-xerrej.

Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju
Flag of Belgium

Kumment preliminari importanti: It-tariffi tal-avukati ma humiex irregolati fil-Belġju (dawn jiġu ddeterminati mid-diffikultà u s-sinifikat tal-każ, l-isem u r-reputazzjoni tal-avukat, l-urġenza tal-kawża, ir-riżultat tal-kawża, eċċ.). Madankollu, l-avukati fil-Belġju huma marbuta b’regoli etiċi u huma legalment obbligati li jagħtu stima ġusta u moderata tal-ispejjeż u tal-kostijiet (ara hawn fuq).

L-istima tal-ispejjeż u tal-kostijiet hija purament indikattiva.

L-ispejjeż fil-Belġju

L-ispejjeż tal-proċedimenti fil-prim’istanza u fl-appell, u s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)


Studju ta’ każ

Proċedimenti fil-prim’istanza

Proċedimenti ta’ appell

Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR)


L-ispejjeż inizjali tal-proċedimenti

L-ispejjeż tat-traskrizzjoni

L-ispejjeż inizjali tal-proċedimenti

L-ispejjeż tat-traskrizzjoni

Din l-għażla hija disponibbli f’dan it-tip ta’ kawża?

Spejjeż

Każ A

EUR 82

EUR 2.85 għal kull paġna (Digriet Reġju (arrêté royal) Nru 64 tat-30 ta’ Novembru 1939, Il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tal-1 ta’ Diċembru 1939)

EUR 186

EUR 2.85 għal kull paġna (Digriet Reġju Nru 64 tat-30 ta’ Novembru 1939, Il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tal-1 ta’ Diċembru 1939)

Iva

Ara t-taqsima intitolata “X’inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?” fuq il-paġna tal-Medjazzjoni fil-Belġju

Każ B

EUR 52 (Ordni ta’ ħlas Ewropea)

EUR 2.85 għal kull paġna (Digriet Reġju Nru 64 tat-30 ta’ Novembru 1939, Il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tal-1 ta’ Diċembru 1939)

EUR 186

EUR 2.85 għal kull paġna (Digriet Reġju Nru 64 tat-30 ta’ Novembru 1939, Il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tal-1 ta’ Diċembru 1939)

Iva

Ara t-taqsima intitolata “X’inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?” fuq il-paġna tal-Medjazzjoni fil-Belġju

Tariffi tal-avukati, tal-uffiċjali ġudizzjarju (huissier de justice) u tax-xhieda esperti (expert)


Studju ta’ każ

Avukat

Uffiċjal ġudizzjarju

Xhud espert


Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spejjeż qabel is-sentenza

Spejjeż wara s-sentenza

L-involviment tagħhom huwa obbligatorju?

Każ A

le

madwar EUR 2 000

le

madwar EUR 250

madwar EUR 250

le

Każ B

le

madwar EUR 2 000

le

madwar EUR 52

madwar EUR 100

le



Spejjeż relatati mal-ħlas tax-xhieda (témoin), il-ġurament (serment d'engagement) jew garanzija oħra u tariffi oħra


Studju ta’ każ

Ħlas tax-xhieda

Il-ġurament jew garanzija oħra


Ix-xhieda jitħallsu?

Spiża

Dan japplika u meta u kif jiġi implimentat?

Każ A

iva

BEF 200 jew EUR 4.96

Fil-proċedimenti ċivili, bħala regola ġenerali, jista’ jinħoloq l-obbligu li jiġi pprovdut depożitu meta jinbdew il-proċedimenti fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire). F’dan il-każ, rikorrent li jkun ċittadin barrani jista’ jkun obbligat jipprovdi depożitu. Intimat Belġjan jista’ jitlob li r-rikorrent jew l-intervenjent barrani jipprovdi depożitu. L-Artikolu 852 jispeċifika l-forma li jista’ jieħu d- depożitu (somma flus, garanzija, eċċ.). Ara l-iskeda informattiva dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.

Każ B

iva

BEF 200 jew EUR 4.96

Fil-proċedimenti ċivili, bħala regola ġenerali, jista’ jinħoloq l-obbligu li jiġi pprovdut depożitu meta jinbdew il-proċedimenti fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. F’dan il-każ, rikorrent li jkun ċittadin barrani jista’ jkun obbligat jipprovdi depożitu. Intimat Belġjan jista’ jitlob li r-rikorrent jew l-intervenjent barrani jipprovdi depożitu. L-Artikolu 852 jispeċifika l-forma li jista’ jieħu d- depożitu (somma flus, garanzija, eċċ.). Ara l-iskeda informattiva dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.



Spejjeż tal-għajnuna legali (aide juridique) u tipi oħra ta’ ħlasijiet

Ara t-taqsima dwar l-Għajnuna legali tal-paġna dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti.


Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni


Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra relatati ma’ tilwim transfruntier?


Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn EUR 7.57 u EUR 34.48 għal kull paġna

meta l-intimat ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn EUR 31.61 u EUR 54.62 fis-siegħa



Każ B

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn EUR 7.57 u EUR 34.48 għal kull paġna

meta l-intimat ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn EUR 31.61 u EUR 54.62 fis-siegħa

l-ispejjeż tad-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà (exequatur)

madwar EUR 100

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna