Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-titjib tal-ġustizzja kriminali fiċ-ċiberspazju of tad-9 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tiżviluppa portal online sigur għal talbiet u tweġibiet elettroniċi u għall-proċeduri korrispondenti. L-għan huwa li jiżdied l-użu effiċjenti ta’ proċeduri ta’ assistenza reċiproka u formoli standardizzati biex tinkiseb evidenza elettronika,
Bi tweġiba għal din it-talba, qed jitħejja portal ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li se jservi ta’ għodda għal komunikazzjoni sigura bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bil-għan li jinkisbu provi u tingħata assistenza reċiproka f’materji kriminali.
Ħoloq relatati
Pjattaforma tal-IT għall-iskambju ta’ evidenza elettronika bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji