L-Istitut tal-Medjaturi tal-Irlanda (Mediators Institute of Ireland, MII) għandu bażi tad-data online ta’ medjaturi għal firxa ta’ oqsma fejn jista’ jkun meħtieġ medjatur. Dawn l-oqsma jinkludu l-qasam Ċivili u Kummerċjali, tal-Familja, tal-Agrikoltura, tal-Assigurazzjoni, tal-Ambjent u tal-Kura tas-saħħa.
MII għandu l-għan li
- jmexxi l-professjoni tal-medjazzjoni b’mod nazzjonali.
- jappoġġa lill-membri tiegħu fil-forniment tagħhom tal-aħjar prattika professjonali tal-medjazzjoni.
- jippromwovi u jippubbliċizza l-impatt pożittiv li l-medjazzjoni għandha fuq is-soċjetà Irlandiża.
- jissorvelja kontinwament u jtejjeb it-taħriġ u r-regolamentazzjoni tal-medjaturi tal-MII.
- jżomm l-ogħla standards professjonali f’dak kollu li jagħmel.
- jsegwi u jinkoraġġixxi l-eċċellenza fil-qasam tal-medjazzjoni.
Indirizz
The Mediators' Institute of Ireland
Suite 112, The Capel Building Mary Abbey Dublin 7
Kuntatt
Telefown: 01 6099190
Email: info@themii.ie