Il-medjaturi tat-tilwim li jaħdmu f’wieħed mis-servizzi pubbliċi tal-medjazzjoni jew fil-qrati għal talbiet żgħar (julgados de paz – Kummissarji tal-Ġustizzja) iridu jkunu rreġistrati fil-listi tal-professjonisti awtorizzati biex jipprattikaw il-medjazzjoni. Ir-reġistrazzjoni fil-listi hija rregolata mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali (Portaria) Nru 282/2010 tal-25 ta’ Mejju 2010 u mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 283/2010 tad-19 ta’ Ottubru 2010.
Id-Direttorat-Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Política de Justiça – DGPJ), li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, huwa responsabbli għar-regolazzjoni tal-medjazzjoni pubblika. Għalkemm id-DGPJ ma jagħtix informazzjoni dwar kif issib medjatur, madankollu jippubblika l-listi tal-medjaturi msemmija hawn fuq, li tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk:
Lista ta’ medjaturi tal-familja
Lista ta’ medjaturi tal-impjieg