Bħalissa ma jeżistix reġistru pubbliku tal-medjaturi.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja jippubblika fuq bażi regolari lista ta' korpi ta' medjazzjoni li magħhom jinsabu rreġistrati diversi medjaturi.
Tista' tikseb tagħrif aktar speċifiku rigward liema medjaturi huma rreġistrati mal-korpi ta' medjazzjoni billi tistaqsi lill-Uffiċċju tal-Ministeru tal-Ġustizzja responsabbli mis-superviżjoni ta' korpi bħal dawn. Dan jista' jiġi kkuntattjat permezz tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja (https://www.giustizia.it/giustizia).