Il-Greċja attwalment tipparteċipa fis-sistema ECLI, bil-Kunsill tal-Istat (Symvoúlio tis Epikrateías).
Ma hemmx bażi tad-data elettronika unifikata li tinkludi s-sentenzi kollha tal-qrati domestiċi.
Hemm diversi bażijiet tad-data elettroniċi tal-każistika fuq il-web, relatati ma’:
- il-Qorti Suprema Ellenika (Areíos Págos), li fiha biss il-każistika tagħha
- il-Kunsill tal-Istat, li fiha d-deċiżjonijiet tal-qorti amministrattiva
- il-Qorti Amministrattiva tal-Prim’Istanza ta’ Piraeus (Protodikeío Peiraiós), li fiha biss il-każistika tagħha.
Hemm ukoll bażijiet tad-data privati b’abbonament.
Pereżempju:
- dik tal-Kamra tal-Avukati ta’ Ateni (Dikigorikós Sýllogos Athinón)
- dik tal-kumpanija Intracom Services (privata)