Skip to main content

Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)

Is-Slovakkja
Il-kontenut ipprovdut minn
Is-Slovakkja
Flag of Slovakia

Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI

Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI huwa t-Taqsima tal-Informatika u l-Ġestjoni tal-Proġetti tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka – email: ecli@justice.sk

Il-kodiċi tal-pajjiż

Il-kodiċi tal-pajjiż tar-Repubblika Slovakka huwa: [SK]

Il-ħolqien ta’ kodiċi ECLI nazzjonali

Kodiċi ECLI jinħoloq meta tinqata' sentenza. Sentenzi maqtugħa wara l-25 ta' Lulju 2011 biss jingħataw numru ECLI. Jekk sentenza maqtugħa qabel il-25 ta’ Lulju 2011 tiġi appellata wara l-25 ta’ Lulju, din is-sentenza flimkien ma’ sentenzi oħrajn f’dak il-proċess jingħataw kodiċi ECLI wkoll.

Eżempju ta' kodiċi ECLI għar-Repubblika Slovakka:

ECLI:SK:OSBA1:2011:0123456789.123

OSBA1 = l-abbrevjazzjoni għall-qorti

2011 = is-sena

0123456789 = IČS (in-numru ta' identifikazzjoni tal-proċess)

123 = in-numru tas-serje tas-sentenza fil-proċess

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna