Il-koordinatur Nazzjonali tal-ECLI
Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI għadu ma nħatarx. Għalissa d-Direttorat Ġenerali għas-Sistemi tal-Informazzjoni Awtomizzati (DGSIA) tal-Ministeru tal-Ġustizzja, qed jaġixxi bħala koordinatur.
Il-kodiċi tal-pajjiż
Il-kodiċi tal-pajjiż għall-Italja hija: [IT].
Il-ġenerazzjoni ta’ ECLI nazzjonali
Bħala parti mill-attivitajiet kurrenti tal-fażi bi prova, qed titfassal proposta għall-introduzzjoni tal-ECLI. B’mod aktar partikolari, qed jitfasslu regoli dwar il-kompożizzjoni tan-numru ordinali għad-dokumenti tal-każistika, kif inhu stipulat fl-istandard tal-ECLI, bl-użu ta’ sett aċċessibbli ta’ metadejta sabiex jiġi ggarantit li kull numru ta’ identifikazzjoni jkun uniku.