Skip to main content

Każistika nazzjonali

Il-Ġermanja

Din il-paġna tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza fil-Ġermanja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Il-Ġermanja
Flag of Germany

L-awtorità ġudizzjarja hija vestita fl-imħallfin; din tiġi eżerċitata mill-Qorti Kostituzzjonali Federali, mill-qrati federali u mill-qrati tas-16-il Reġjun (Länder) (ara l-Artikolu 92 tal-Liġi Bażika).

Bażijiet ta’ data online tal-ġurisprudenza

Mill-2010 ’il quddiem, il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ippubblika ċerti deċiżjonijiet mill-Qorti Kostituzzjonali Federali, mill-qrati supremi federali u mill-Qorti tal-Privattivi Federali fis-sit tal-ġurisprudenza online Rechtsprechung im Internet. Din l-informazzjoni hija mingħajr ħlas għal kull min ikun interessat.

Barra minn hekk, il-Qorti Kostituzzjonali Federali u l-qrati federali jippubblikaw id-deċiżjonijiet fis-siti web tagħhom stess. Din l-informazzjoni hija mingħajr ħlas għall-użu mhux kummerċjali. L-istqarrijiet għall-istampa jiġu ppubblikati fis-siti web ukoll, fejn jipprovdu informazzjoni dwar kawżi pendenti sinifikanti u dwar l-eżitu tagħhom.

Peress li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija stat federali, ir-Reġjuni jorganizzaw il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tagħhom stess. Għal din il-fini huma stabbilew is-siti tagħhom stess, li l-ħoloq għalihom huma pprovduti fil-portal tal-ġustizzja federali u statali Justizportal des Bundes und der Länder.

Ħoloq relatati

Rechtsprechung im Internet

Il-Qorti Kostituzzjonali Federali

Il-Qorti tal-Ġustizzja Federali

Il-Qorti Amministrattiva Federali

Il-Qorti tal-Finanzi Federali

Il-Qorti Industrijali Federali

Il-Qorti Soċjali Federali

Il-Qorti tal-Privattivi Federali

Justizportal des Bundes und der Länder

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna