Introduzzjoni
It-tariffi tal-qorti fir-Repubblika tal-Kroazja huma rregolati mill-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Zakon o sudskim pristojbama) (Narodne novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja, Nri 118/18 u 51/23)) u mid-Digriet dwar it-Tariffa tal-Qorti (Uredba o Tarifi sudskih pristojbi) (NN Nru 37/23) preskritt mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja. .
Skont l-Artikolu 5 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, it-tariffi stabbiliti skont it-Tariffa tal-qorti għandhom jitħallsu b’pagament mingħajr flus kontanti, bi flus kontanti, b’bolol ta’ dħul maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja, jew b’mod elettroniku.
Skont l-Artikolu 7 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, għal petizzjonijiet ippreżentati b’mod elettroniku, skont regolamenti speċjali permezz tas-sistema ta’ informazzjoni li tintuża fil-ħidma tal-qorti, it-tariffa għandha titħallas fil-mument tal-preżentata tagħhom. L-ammont li għandu jitħallas huwa daqs nofs l-ammont stabbilit tat-tariffa skont it-Tariffa.
Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet nnotifikati minn qorti b’mod elettroniku, skont ir-regolamenti speċjali permezz tas-sistema ta’ informazzjoni li tintuża fil-ħidma tal-qorti, għandu jitħallas nofs l-ammont stabbilit mit-Tariffa jekk il-ħlas isir fi żmien 3 ijiem mill-ġurnata tan-notifika elettronika.
Jekk it-tariffa tal-qorti ma titħallasx sal-iskadenza msemmija hawn fuq, din issir pagabbli fl-ammont speċifikat fit-Tariffa.
Liema tariffi japplikaw?
It-tariffi tal-qorti jitħallsu fil-proċedimenti ġudizzjarji ċivili u kummerċjali kollha. Skont l-Artikolu 11 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, dawn li ġejjin huma eżentati:
- ir-Repubblika tal-Kroazja u l-entitajiet tal-gvern
- persuni u korpi li jeżerċitaw awtorità pubblika fi proċedimenti li jirriżultaw mill-eżerċitar ta’ dawn is-setgħat
- ħaddiema f’tilwim u proċeduri oħra relatati mal-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-impjieg
- impjegati taċ-ċivil u impjegati f’tilwim amministrattiv relatat mal-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-impjieg
- persuni b’diżabilità, abbażi ta’ dokumenti xierqa li jixhdu l-istatus tagħhom
- il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta’ suldati li nqatlu, ma nstabux u li nżammu fil-Gwerra Kroata tal-Indipendenza, abbażi ta’ dokumenti xierqa li jixhdu l-istatus tagħhom
- il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta’ persuni li nqatlu, ma nstabux u nżammu fil-Gwerra Kroata tal-Indipendenza, abbażi ta’ dokumenti xierqa li jixhdu l-istatus tagħhom
- refuġjati, persuni spustati u persuni rimpatrijati, abbażi ta’ dokumenti xierqa li jixhdu l-istatus tagħhom
- il-benefiċjarji tal-għajnuna soċjali li jirċievu indennizz tas-sussistenza
- organizzazzjonijiet umanitarji, organizzazzjonijiet li jittrattaw il-protezzjoni tal-familji ta’ dawk maqtula, li ma nstabux u li ġew miżmuma fit-twettiq ta’ attivitajiet umanitarji u organizzazzjonijiet ta’ persuni b’diżabbiltà
- tfal bħala partijiet fil-proċedimenti għall-manteniment jew fi proċedimenti li jikkonċernaw talbiet ibbażati fuq dak id-dritt
- partijiet li jibdew proċedimenti għad-determinazzjoni tal-maternità jew il-paternità u proċedimenti għall-ispejjeż imġarrba minħabba tqala u t-twelid ta’ tarbija barra ż-żwieġ
- partijiet li jfittxu l-irkupru tal-kapaċità legali
- minuri li jkunu qed ifittxu awtorizzazzjoni biex jiżżewġu
- partijiet fi proċedimenti sabiex jiġi trasferit minuri u għall-fini li tiġi eżerċitata relazzjoni personali ma’ minuri
- partijiet li jibdew proċeduri dwar drittijiet li jirriżultaw minn pensjoni obbligatorja u minn assigurazzjoni medika ġenerali, dwar id-drittijiet tal-persuni qiegħda skont ir-regolamenti tal-impjieg u d-drittijiet tal-għajnuna soċjali
- partijiet li jibdew proċeduri għall-protezzjoni ta’ drittijiet tal-bniedem u libertajiet tal-bniedem iggarantiti mill-kostituzzjoni kontra atti individwali finali
- partijiet f’tilwim dwar kumpens għal tniġġis ambjentali
- trade unions u assoċjazzjonijiet ta’ trade unions ta’ livell ogħla fi proċedimenti ċivili għall-approvazzjoni ġudizzjarja ta’ sostituzzjoni u f’tilwim kollettiv ta’ xogħol u rappreżentanti ta’ unions fi proċedimenti ċivili fl-eżerċitar tas-setgħat tal-kunsill tax-xogħol
- konsumaturi bħala debituri f’falliment u atturi fi proċedimenti mressqa abbażi ta’ sentenza finali tal-qorti għall-protezzjoni ta’ interessi kollettivi
- persuni u korpi oħrajn kif meħtieġ minn liġi speċjali.
Stat barrani huwa eżentat mill-ħlas ta’ tariffi, jekk dan ikun previst minn trattat internazzjonali jew soġġett għal reċiproċità.
F’każ ta’ dubju dwar il-kundizzjonijiet ta’ reċiproċità, il-qorti titlob spjegazzjoni mill-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja.
L-eżenzjoni mill-punt 10 tapplika għal dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji maħtura b’deċiżjoni tal-ministru responsabbli għal materji ta’ protezzjoni soċjali.
L-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti ma tapplikax għall-unitajiet tal-awtonomija lokali u reġjonali, ħlief jekk, f’konformità ma’ liġi speċjali, ikun ġie delegat lilhom l-eżerċitar tal-awtorità pubblika.
Fi proċeduri tal-ordni ta’ ħlas Ewropej, jitħallsu t-tariffi li ġejjin:
- għall-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea – iħallas l-attur
- għal deċiżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea – iħallas l-attur
- għal ilment kontra l-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea – iħallas il-konvenut
jekk il-proċedura tgħaddi għal litigazzjoni
- għal sentenza – iħallas l-attur
- għal appell – iħallas l-appellant
- għal risposta għal appell – tħallas il-persuna li tippreżenta r-risposta (ir-risposta hija fakultattiva)
- rimedju straordinarju – huwa permess stħarriġ tad-deċiżjoni tal-qorti tas-sekond’istanza jekk l-ammont tat-tilwima jaqbeż HRK 200,000.00
- it-tariffi tal-qorti jitħallsu mir-rikorrent għal stħarriġ u l-persuna li twieġeb għall-istħarriġ (ir-risposta hija fakultattiva)
Kemm irrid nħallas?
I. Għal talba, kontrotalba, sentenza u oġġezzjoni għal ordni ta’ ħlas, għandha titħallas tariffa tal-qorti proporzjonata mal-ammont tat-tilwima (ikkalkulata biss għall-ammont tar-rikors prinċipali mingħajr imgħax u spejjeż), kif ġej: |
||
aktar minn |
sa EUR |
EUR |
0.00 |
398.17 |
13.27 |
398.18 |
796.34 |
26.54 |
796.35 |
1,194.51 |
39.82 |
1,194.52 |
1,592.67 |
53.09 |
1,592.68 |
1,990.84 |
66.36 |
Tariffa ta’ EUR 66.36 għandha titħallas fuq ammonti ta’ aktar minn EUR 1,990.84 u 1 % fuq id-differenza ta’ aktar minn EUR 1,990.84, iżda mhux aktar minn EUR 663.61. |
II. Għal proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, deċiżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, risposta għal appell jew stħarriġ, għandha titħallas nofs il-tariffa msemmija taħt il-punt I.
III. L-ammont tat-tariffa msemmi fil-punt I u 100 % irid jitħallas meta jsir appell ta’ sentenza jew reviżjoni.
IV. Tariffa tal-qorti ma titħallasx meta tintlaħaq soluzzjoni bil-qorti matul il-proċedimenti tal-qorti.
X’jiġri jekk nonqos milli nħallas it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Jekk parti tonqos milli tħallas it-tariffa fl-iskadenza stabbilta jew tonqos milli tinforma lill-qorti b’dan mingħajr dewmien, il-qorti għandha, fi żmien skadenza ulterjuri ta’ 15-il jum, tehmeż ċertifikat ta’ titolu eżekuttiv mad-deċiżjoni dwar it-tariffa jew mad-deċiżjoni dwar l-ilment u tippreżentah lill-Aġenzija Finanzjarja għal eżekuzzjoni kontra l-fondi tal-parti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi li jirregolaw l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar assi monetarji.
Skont l-Artikolu 28 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, il-qorti l-ewwel trid twissi lill-parti fil-kawża dwar l-obbligu li tħallas it-tariffa, u meta l-parti tonqos milli tikkonforma immedjatament mat-twissija, il-qorti trid tavża lill-parti biex tħallas it-tariffa fi żmien 3 ijiem. Jekk il-parti tonqos milli taġixxi fuq it-twissija jew ma kinitx preżenti fil-kawża li għaliha tkun dovuta t-tariffa, u tkun naqset milli tħallas it-tariffa, il-qorti tadotta deċiżjoni dwar it-tariffa fejn tistieden lill-parti tħallas it-tariffa fi żmien 8 ijiem minn meta tagħti d-deċiżjoni. Fuq l-avviż tat-tariffa titħallas tariffa addizzjonali ta’ EUR 13.27.
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
It-tariffi tal-Qorti għandhom jitħallsu b’pagament mingħajr flus kontanti, bi flus kontanti, b’bolol ta’ dħul maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja jew b’mod elettroniku.
It-tariffa fi flus kontanti tista’ wkoll titħallas fit-taqsima tal-kontabilità tal-qorti, f’liema każ il-qorti hija obbligata li tgħaddi dawk il-flus lill-fond ta’ dħul mit-tariffi tal-qorti fi żmien 5 ijiem mid-data tal-ġbir.
It-tariffi jistgħu jitħallsu b’bolol tad-dħul jekk it-tariffa tkun inqas minn EUR 13.27.
Informazzjoni dwar il-metodu ta’ ħlas tat-tariffi għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tal-Bord tal-Bullettin elettroniku, fuq is-siti web tal-qrati u fl-uffiċċji tal-qorti.
It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz ta’ kwalunkwe uffiċċju bankarju jew postali lill-Fond tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja.
Sabiex jitħallsu tariffi tal-qorti minn barra l-pajjiż għandha tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja:
SWIFT: NBHRHR2X
IBAN: HR1210010051863000160
Kont Giro (CC): 1001005-1863000160
Referenza tal-pagament: HR64
Numru ta’ referenza: 5045-20735-PIN (jew numru ieħor ta’ identifikazzjoni personali għall-pagatur)
Benefiċjarju: Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Kroazja, f’isem il-Qorti Kummerċjali f’Żagreb
Id-deskrizzjoni tal-ħlas għandha tinkludi t-tariffa għall-kawża __________ (in-numru tal-atti tal-kawża, u deskrizzjoni tal-ħlas, eż. tariffa tal-qorti għal proposta biex tinħareġ l-ordni ta’ ħlas Ewropea)
X’nagħmel ladarba nkun ħallast?
L-irċevuta għall-ħlas tat-tariffa trid tinhemeż mal-preżentata li għaliha tkun tħallset it-tariffa u trid tindika l-partijiet fil-kawża. Meta tiġi ppreżentata rċevuta għall-ħlas tat-tariffa fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-qorti, il-persuna li tippreżentaha jeħtiġilha tindika d-deċiżjoni li għaliha tkun qiegħda titħallas it-tariffa.
Ladarba jsir il-ħlas, għandha tintbagħat prova tal-ħlas lill-qorti li tkun qed tiddeċiedi l-kawża li għaliha tkun qed titħallas it-tariffa, li tinkludi referenza għan-numru tal-kawża li tkun qiegħda tinstema’ (jekk in-numru tal-kawża jkun magħruf) jew meta rikors għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea ikun għadu kif ġie ppreżentat, allura prova tal-ħlas bankarju trid tiġi ppreżentata mar-rikors.
Il-partijiet għandhom jippreżentaw d-dokumenti lill-qorti b’mod regolari bil-posta (irreġistrata jew b’kunsinna ordinarja ta’ pakketti) jew b’mod elettroniku, f’forma skont regolamenti speċjali permezz tas-sistema tal-informazzjoni li tintuża fil-ħidma tal-qorti.