Introduzzjoni
Il-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006, li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2008) tippermetti lill-kredituri jirkupraw it-talbiet transfruntieri ċivili u kummerċjali mhux ikkontestati skont proċedura uniformi li topera abbażi ta’ formoli standard. Il-proċedura ma tesiġix il-preżenza l-qorti tal-partijiet. Ir-Regolament japplika fost il-pajjiżi kollha tal-UE bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.
Il-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak) innomina l-Qorti Distrettwali ta’ The Hague (Rechtbank Den Haag) bħala l-unika qorti distrettwali kompetenti biex tittratta kawżi ta’ Ordni ta’ Ħlas Ewropea. Jekk titressaq dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, il-proċedimenti jistgħu jitkomplew skont ir-regoli ordinarji tal-ġurisdizzjoni territorjali.
Biex jitressaq rikors skont il-proċedura għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea, trid tintuża l-Formola A. Il-formola hija disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
Il-formola
Ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati lill-Qorti Distrettwali ta’ The Hague bl-Olandiż biss.
Ir-rikorsi taħt il-proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea jistgħu jintbagħtu lil:
Rechtbank Den Haag
Sector civiel recht
Algemene Zaken
Postbus 20302
2500 EH Den Haag
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lir-reġistru tal-Affarijiet Ġenerali tal-qorti (griffie Algemene Zaken). In-numru tat-telefown tar-reġistru tal-Affarijiet Ġenerali tal-qorti huwa: +31 (0)70-381 22 64.
Liema tariffi huma applikabbli?
It-tariffi jvarjaw skont l-ammont tat-talba prinċipali. Ara wkoll: Kemm se nħallas?
Kemm se nħallas?
Ħarsa ġenerali lejn it-tariffi applikabbli għall-2024 tinsab hawn taħt.
Tariffa tal-qorti għall-persuni mhux fiżiċi | Tariffa tal-qorti għall-persuni fiżiċi | Tariffa tal-qorti għall-persuni b’mezzi limitati | |
Talba li ma taqbiżx il-€500 | €130.00 | €87.00 | €87.00 |
Talba għal ammont li jaqbeż il-€500 iżda li ma jaqbiżx l-€1 500 | €328.00 | €218.00 | €87.00 |
Talba għal ammont li jaqbeż l-€1 500 iżda li ma jaqbiżx l-€2 500 | €372.00 | €248.00 | €87.00 |
Talba għal ammont li jaqbeż l-€2 500 iżda li ma jaqbiżx il-€5 000 | €496.00 | €248.00 | €87.00 |
Talba għal ammont li jaqbeż il-€5 000 iżda li ma jaqbiżx it-€12 500 | €524.00 | €248.00 | €87.00 |
Talba għal ammont li jaqbeż it-€12 500 iżda li ma jaqbiżx il-€25 000 | €1 409.00 | €706.00 | €87.00 |
Talba għal ammont li jaqbeż il-€25 000 iżda li ma jaqbiżx il-€100 000 | €2 889.00 | €1 325.00 | €87.00 |
Talba għal ammont li jaqbeż il-€100 000 iżda li ma jaqbiżx il-€1 000 000 | €6 617.00 | €2 626.00 | €87.00 |
|
|||
Talba għal ammont li jaqbeż il-€1 000 000 | €9 825.00 | €2 626.00 | €87.00 |
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara Rechtspraak.nl (Sistema ġudizzjarja tan-Netherlands) u Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand).
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Jekk it-tariffi tal-qorti ma jitħallsux fil-ħin, ir-rikors ma jkunx jista’ javvanza u l-qorti tiċħad ir-rikors.
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Ir-rikorrent jirċievi fattura tal-ħlas tat-tariffi tal-qorti. Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’ trasferiment bankarju.
X’għandi nagħmel wara l-ħlas?
Wara li tħallas it-tariffi tal-qorti, għandek tistenna għal aktar informazzjoni mill-Qorti Distrettwali ta’ The Hague.
Ir-Regolament li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea jistipula li l-qorti jeħtiġilha toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea mill-aktar fis possibbli u normalment fi żmien 30 ġurnata minn meta jitressaq ir-rikors.
Links relatati
Tariffi applikabbli għall-2024