X’għandu x’joffri r-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu?
Ir-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu huwa l-proprjetà ta’ u jinżamm aġġornat mill-Awtorità tar-Reġistru tal-Artijiet u tat-Topografija tal-Istat tal-Lussemburgu.
Ir-reġistru jipprovdi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:
- Mappa katastali;
- Bażi tad-dejta li tinkludi kontenut alfanumeriku dwar:
- biċċiet ta’ artijiet,
- proprjetarji,
- użu tal-art, u
- erja (daqs).
L-informazzjoni hija disponibbli bil-Lussemburgiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.
L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu huwa mingħajr ħlas?
L-ewwel nett, għad m’hemmx verżjoni elettronika tar-reġistru tal-artijiet. It-tieni nett, l-aċċess għall-verżjoni kartaċeja huwa bil-ħlas.
L-istorja tar-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu
Ir-reġistru tal-artijiet kien stabbilit fl-1820.