Skip to main content

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)

Lussemburgu
Lussemburgu
Flag of Luxembourg

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Luxembourg
Ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali - Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)
* input mandatarju

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

Mhux rilevanti

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Għal rikors għal rifjut ta’ eżekuzzjoni jew għal rikonoxximent jew rifjut ta’ rikonoxximent, il-ġuriżdizzjoni hija tal-imħallef li jippresjedi l-Qorti Distrettwali (Tribunal d’arrondissement) li jippresjedi fi proċeduri għal miżuri proviżorji:

Tribunal d’arrondissement du Luxembourg

Cité judiciaire

L-2080 Luxembourg

Tel:   (+352) 47 59 81-2625

Faks: (+352) 47 59 81-2421

Tribunal d’arrondissement de Diekirch

Palais de Justice

Place Guillaume

L-9237 Diekirch

Tel:   (+352) 80 32 14 -1

Faks: (+352) 80 71 19

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

Il-Qorti tal-Appell ippresjeduta fi proċeduri għal miżuri proviżorji:

Cité judiciaire

L-2080 Luxembourg

Tel:   (+352) 47 59 81-1

Faks: (+352) 47 59 81-2396

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

Il-Qorti tal-Kassazzjoni

Cité judiciaire

L-2080 Luxembourg

Tel: (+352) 47 59 81-2369/2373

Faks: (+352) 47 59 81-2773

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Il-Lussemburgu jaċċetta l-lingwa Franċiża u l-lingwa Ġermaniża.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

- L-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Mhux rilevanti.

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • Il-Konvenzjoni bejn il-Lussemburgu u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fil-Lussemburgu fid-29 ta’ Lulju 1971
  • It-Trattat bejn il-Belġju, in-Netherlands u l-Lussemburgu dwar Ġuriżdizzjoni, Falliment u Validità u Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta’ Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmat fi Brussell fl-24 ta' Novembru 1961, sakemm dan ikun għadu effettiv
Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna