Skip to main content

Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)

Slovakkja
Slovakkja
Flag of Slovakia

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovakia
Ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali - Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)
* input mandatarju

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

Mhux applikabbli

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Il-qrati distrettwali (Okresné súdy), il-Qorti Muniċipali ta’ Bratislava III (Mestský súd Bratislava III), il-Qorti Muniċipali ta’ Bratislava IV (Mestský súd Bratislava IV), il-Qorti Muniċipali ta’ Košice (Mestský súd Košice)

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

Il-qorti reġjonali, permezz tal-qorti distrettwali li d-deċiżjoni tagħha qed tiġi appellata.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

Stħarriġ tal-appell (dovolanie) quddiem il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka (Najvyšší súd Slovenskej republiky). Ir-rikorsi għal stħarriġ tal-appell iridu jiġu ppreżentati permezz tal-qorti distrettwali (okresný súd) li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata.

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Fis-Slovakkja, il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tal-formoli msemmija fl-Artikolu 57(2) huma s-Slovakk u ċ-Ċek.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

L-Artikoli 37 sa 37e u 47a tal-Att Nru 97/1963 dwar id-dritt internazzjonali privat u proċedurali

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Mhux applikabbli

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka dwar l-Assistenza Legali u s-Soluzzjoni tar-Relazzjonijiet f’Materji Ċivili, Familjari u Kriminali, iffirmat f’Sofia fil-25 ta’ Novembru 1976
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika ta’ Ċipru dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Nikosija fit-23 ta’ April 1982
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka dwar l-Għajnuna Legali pprovduta minn Korpi Ġudizzjarji u dwar is-Soluzzjonijiet ta’ Ċerti Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat fi Praga fid-29 ta’ Ottubru 1992
  • It-Trattat bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza dwar l-Għajnuna Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili, Familjari u Kummerċjali, iffirmat f’Pariġi fl-10 ta’ Mejju 1984
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Ellenika dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Ateni fit-22 ta’ Ottubru 1980
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja dwar ir-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Belgrad fl-20 ta’ Jannar 1964
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija dwar l-Għajnuna Legali u s-Soluzzjoni tar-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjari u Kriminali, iffirmat fi Bratislava fit-28 ta’ Marzu 1989
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Regolamentazzjoni tar-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjari, Industrijali u Kriminali, iffirmat f’Varsavja fil-21 ta’ Diċembru 1987
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Poplu tar-Rumanija u r-Repubblika Ċekoslovakka dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, Familjari u Kriminali, iffirmat fi Praga fil-25 ta’ Ottubru 1958
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Renju ta’ Spanja dwar l-Għajnuna Legali, ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet tal-Qorti f’Materji Ċivili, iffirmat f’Madrid fl-4 ta’ Mejju 1987
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Taljana dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat fi Praga fis-6 ta’ Diċembru 1985.
Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna