L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament
Mhux rilevanti
L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)
- fl-Italja: Qrati ordinarji:
L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)
- fl-Italja: Il-Qorti tal-Appell
L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50
Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni (Suprema Corte di Cassazione)
Piazza Cavour
00193 Roma
Tel. +39 0668831
Faks: +39 066883423
Sit web: http://www.cortedicassazione.it
Btala lokali: id-29 ta’ Ġunju
L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti
It-Taljan. Il-lingwa Ġermaniża hija aċċettata wkoll fit-territorju tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano. Il-lingwa Slovena hija aċċettata wkoll fil-provinċji ta’ Trieste, Gorizia u Udine.
L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament
- fl-Italja: l-Artikoli 3 u 4 tal-Liġi 218 tal-31 ta’ Mejju 1995,
L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament
Mhux rilevanti
L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament
- il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Italja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili jew Kummerċjali, iffirmata f’Ruma fit-3 ta’ Ġunju 1930,
- il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Italja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili jew Kummerċjali, iffirmata f’Ruma fid-9 ta’ Marzu 1936,
- il-Konvenzjoni bejn in-Netherlands u l-Italja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Ruma fis-17 ta’ April 1959,
- il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Italja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Titoli Eżekuttivi oħrajn f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Ruma fis-6 ta’ April 1962,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u r-Repubblika Taljana għar-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Ruma fis-7 ta’ Frar 1964, bi Protokoll emendatorju ffirmat f’Ruma fl-14 ta’ Lulju 1970,
- il-Konvenzjoni bejn l-Italja u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, ta’ Soluzzjonijiet bil-Qorti u ta’ Strumenti Awtentiċi, iffirmata f’Ruma fis-16 ta’ Novembru 1971,
- il-Konvenzjoni bejn Spanja u l-Italja dwar l-Għajnuna Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Madrid fit-22 ta’ Mejju 1973,
- it-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Taljana dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat fi Praga fis-6 ta’ Diċembru 1985, li għadu fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Italja,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Taljana dwar Assistenza Ġudizzjarja f'Materji Ċivili u Kriminali, iffirmata f'Bucharest fil-11 ta' Novembru 1972,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja u r-Repubblika Taljana dwar l-Għajnuna Legali u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet f’Materji Ċivili, iffirmat f’Varsavja fit-28 ta’ April 1989,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Taljana dwar l-Għajnuna Legali u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet f’Materji Ċivili, iffirmat f’Ruma fit-18 ta’ Mejju 1990,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Jugożlavja u r-Repubblika Taljana dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Ċivili u Amministrattivi, iffirmata f’Ruma fit-3 ta’ Diċembru 1960, li għadha fis-seħħ bejn is-Slovenja, il-Kroazja u l-Italja;