Skip to main content

Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)

Bulgarija
Bulgarija
Flag of Bulgaria

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Bulgaria
Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIb - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (riformulazzjoni)
* input mandatarju

L-Artikolu 103(1) (a) (l-ewwel parti) - Awtoritajiet pubbliċi jew awtoritajiet oħra awtorizzati biex jistabbilixxu strument awtentiku msemmi fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 2(2), u awtoritajiet pubbliċi awtorizzati li jirreġistraw ftehim imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(2)

- L-Artikolu 2(2)(2)(b) – Ma hemm l-ebda strument awtentiku skont il-liġi Bulgara skont it-tifsira tar-Regolament, fil-qasam ta’ materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u għalhekk ma għandna l-ebda awtorità x’niddikjaraw.

- L-Artikolu 2(2)(3) – Ma hemm l-ebda ftehim skont il-liġi Bulgara relatat ma’ materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u għalhekk ma għandna l-ebda awtorità x’niddikjaraw.

L-Artikolu 103 (1) (a) (it-tieni parti) - Awtoritajiet amministrattivi li jagħtu l-għajnuna legali msemmija fl-Artikolu 74(2)

L-Artikolu 74(2) – Ma hemm l-ebda awtorità amministrattiva skont il-liġi Bulgara skont it-tifsira tar-Regolament, fil-qasam ta’ materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u għalhekk ma għandna l-ebda awtorità x’niddikjaraw.

L-Artikolu 103 (1) (b) (l-ewwel parti) - Qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikati għal deċiżjoni skont l-Artikolu 36(1), u qrati u awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċertifikat għal strument awtentiku jew ftehim imsemmija fl-Artikolu 66

L-Artikolu 36(1) – il-ħruġ ta’ ċertifikati li jikkonċernaw deċiżjonijiet tal-qorti:

  • L-Anness II – iċ-ċertifikat dwar deċiżjonijiet f’materji matrimonjali jinħareġ mill-qorti distrettwali (rayonen sad);
  • L-Anness III – iċ-ċertifikat dwar deċiżjonijiet f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jinħareġ mill-qorti distrettwali;
  • L-Anness IV – iċ-ċertifikat ta’ ritorn ta’ wild minuri wara proċedura skont il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1980 jinħareġ mill-Qorti tal-Belt ta’ Sofija (Sofiyski gradski sad).

L-Artikolu 66 – Ma hemm l-ebda dokument jew ftehim awtentiku fil-Bulgarija skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2)(3), relatat ma’ materji matrimonjali u materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri.

L-Artikolu 103 (1) (b) (it-tieni parti) - Qrati kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1), l-Artikolu 48(1) u qrati kompetenti biex joħorġu ċertifikat li jispeċifika n-nuqqas jew il-limitazzjoni ta’ deċiżjoni ċċertifikata msemmi fl-Artikolu 49; u qrati u awtoritajiet kompetenti biex jirrettifikaw iċ-ċertifikat, maħruġ skont l-Artikolu 66(1), imsemmi fl-Artikolu 67(1);

L-Artikolu 37 – rettifika ta’ ċertifikat dwar deċiżjoni tal-qorti – il-qorti kompetenti hija l-qorti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat:

  • L-Anness II – iċ-ċertifikat dwar deċiżjonijiet f’materji matrimonjali jiġi rrettifikat mill-qorti distrettwali;
  • L-Anness III – iċ-ċertifikat dwar deċiżjonijiet f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jiġi rrettifikat mill-qorti distrettwali;
  • L-Anness IV – iċ-ċertifikat ta’ ritorn ta’ wild minuri wara proċedura skont il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1980 jiġi rrettifikat mill-Qorti tal-Belt ta’ Sofija.

L-Artikolu 48(1) – ir-rettifika u l-irtirar ta’ ċertifikat maħruġ għal deċiżjonijiet privileġġati:

Il-qorti kompetenti għar-rettifika u l-irtirar taċ-ċertifikat hija l-qorti distrettwali.

- L-Artikolu 49 – ċertifikat dwar in-nuqqas jew il-limitazzjoni tal-eżegwibbiltà – il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali.

L-Artikolu 66(1) flimkien mal-Artikolu 67(1) – mhux applikabbli.

L-Artikolu 103 (1) (c) — Qrati kompetenti għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni (l-Artikolu 30(3)) jew għar-rifjut tar-rikonoxximent (l-Artikolu 40(2)), kif ukoll qrati u awtoritajiet kompetenti għar-rifjut tal-infurzar, għall-kontestazzjoni jew l-appell, u għall-kontestazzjoni jew l-appell ulterjuri msemmija fl-Artikoli 58(1), 61(2) u 62

-          L-Artikolu 30(3) – il-qorti kompetenti hija l-qorti provinċjali (okrazhen sad) bil-ġuriżdizzjoni fil-post tal-indirizz permanenti tad-debitur, jew fil-post tal-eżekuzzjoni.

-         L-Artikolu 52 – il-korp kompetenti huwa l-uffiċjal ġudizzjarju (sadeben izpalnitel).

-          L-Artikolu 40(1) – il-qorti kompetenti hija l-qorti provinċjali bil-ġuriżdizzjoni fil-post tal-indirizz permanenti tad-debitur, jew fil-post tal-eżekuzzjoni.

-          L-Artikolu 58(1) – il-qorti kompetenti hija l-qorti provinċjali bil-ġuriżdizzjoni fil-post tal-indirizz permanenti tad-debitur, jew fil-post tal-eżekuzzjoni.

-          L-Artikolu 61(2) – il-qorti kompetenti hija l-qorti tal-appell (apelativen sad) ta’ Sofija.

-          L-Artikolu 62 – il-qorti kompetenti hija l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni (Varhoven kasatsionen sad).

L-Artikolu 103 (1) (d) — Awtoritajiet kompetenti għall-infurzar imsemmija fl-Artikolu 52

L-Artikolu 52 – il-korp kompetenti huwa l-uffiċjal ġudizzjarju.

L-Artikolu 103 (1) (e) — Proċeduri ta’ rimedju kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut tal-infurzar imsemmija fl-Artikoli 61 u 62

L-Artikolu 61 – il-proċedura ta’ appell intermedja stabbilita fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 20).

L-Artikolu 62 – il-proċedura ta’ appell ta’ kassazzjoni stabbilita fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 22).

L-Artikolu 103 (1) (f) — Ismijiet, indirizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni għall-Awtoritajiet Ċentrali maħtura biex jassistu fl-applikazzjoni tar-Regolament fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’każ li tinħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, il-ġuriżdizzjoni ġeografika u funzjonali ta’ kull Awtorità Ċentrali għandha tiġi indikata kif imsemmi fl-Artikolu 76

Il-Ministeru għall-Ġustizzja

- Għal materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – id-Direttorat għall-Protezzjoni Internazzjonali u l-Adozzjonijiet Internazzjonali tat-Tfal, ul. Slavyanska No 1, Sofia; dettalji ta’ kuntatt – permezz tal-mezzi uffiċjali bil-posta u bl-email, tel. 0035929237396, 0035929237332, mpzdmo@justice.government.bg.

- Għal materji matrimonjali - id-Direttorat għall-Kooperazzjoni Legali Internazzjonali u l-Affarijiet Ewropej, ul. Slavyanska No 1, Sofia; dettalji ta’ kuntatt – permezz tal-mezzi uffiċjali bil-posta u bl-email, tel. 0035929237415, civil@justice.government.bg.

L-Artikolu 103 (1) (g) — Jekk applikabbli, kategoriji ta’ qraba stretti, minbarra ġenituri, li magħhom il-minuri jista’ jitqiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 82

Il-Bulgarija teħtieġ il-kunsens fil-każijiet kollha ta’ tqegħid ta’ tfal fil-pajjiż, sakemm ma jitqegħdux ma’ ġenitur, qraba diretti sat-tielet grad (nannu/nanna) jew qraba kollaterali sar-raba’ grad (ħu/oħt il-minuri, jew ħu/oħt il-ġenitur tal-minuri).

L-Artikolu 103 (1) (h) — Lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr il-lingwa ta’ Stat Membru, li fihom jistgħu jiġu aċċettati komunikazzjonijiet lill-Awtoritajiet Ċentrali tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 91(3))

L-Ingliż u l-Franċiż.

L-Artikolu 103 (1) (i) — Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta’ talbiet u dokumenti li jakkumpanjawhom mibgħuta skont l-Artikoli 80, 81, 82 u ta’ partijiet b’test liberu taċ-ċertifikati kif imsemmi fl-Artikolu 91(2)

L-Artikolu 80(3) – id-dokumenti jridu jiġu tradotti għall-Bulgaru biss.

L-Artikolu 81(2) – id-dokumenti jridu jiġu tradotti għall-Bulgaru biss.

L-Artikolu 82(4) – id-dokumenti jridu jiġu tradotti għall-Bulgaru biss.

L-Artikolu 91(2) – id-dokumenti jridu jiġu tradotti għall-Bulgaru biss.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna