L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)
Ġermaniż
L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
Sentenzi, deċiżjonijiet, dikjarazzjonijiet u ordnijiet tal-qorti u tas-servizzi tal-prosekuzzjoni pubblika
Taħt l-Artikolu 2(1) ukoll, id-dokumenti pubbliċi li ġejjin:
(a) ċertifikat tat-twelid (Geburtsurkunde), estratt mir-reġistru - twelid (Teilauszug Geburt)
(c) ċertifikat tal-mewt (Sterbeurkunde), estratt mir-reġistru - mewt (Teilauszug Tod)
(d) deċiżjoni li tawtorizza bidla fl-isem (Namensänderungsbescheid)
(e) ċertifikat taż-żwieġ (Heiratsurkunde), ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ (Ehefähigkeitszeugnis), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)
(f) digriet ta’ divorzju (Scheidungsbeschluss), digriet ta’ annullament taż-żwieġ (Aufhebungsbeschluss der Ehe), dikjarazzjoni tal-qorti li ż-żwieġ huwa null (gerichtliche Nichtigerklärung)
(g) ċertifikat ta’ unjoni ċivili (Partnerschaftsurkunde), konferma tal-kapaċità għal unjoni ċivili (Bestätigung der Fähigkeit eine Eingetragene Partnerschaft begründen zu können), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ unjoni ċivili (Teilauszug über das Bestehen einer eingetragenen Partnerschaft)
(h) digriet ta’ annullament ta’ unjoni ċivili (Aufhebungsbeschluss der Eingetragenen Partnerschaft), dikjarazzjoni tal-qorti li unjoni ċivili hija nulla (gerichtliche Nichtigerklärung)
(k) konferma tar-reġistrazzjoni ta’ residenza (Meldebestätigung)
(l) ċertifikata taċ-ċittadinanza (Staatsbürgerschaftsnachweis)
(m) estratt mill-fedina penali (Strafregisterbescheinigung)
L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni
Fl-amministrazzjoni pubblika fl-Awstrija, formoli li jservu bħala għajnuniet għat-traduzzjoni jistgħu jiġu mehmuża mad-dokumenti pubbliċi li ġejjin (skont l-Artikolu 7(1)):
(a) ċertifikat tat-twelid (Geburtsurkunde), estratt mir-reġistru – twelid (Teilauszug Geburt)
(c) ċertifikat tal-mewt (Sterbeurkunde), estratt mir-reġistru – mewt (Teilauszug Tod)
(e) ċertifikat taż-żwieġ (Heiratsurkunde), ċertifikat tal-kapaċità legali għaż-żwieġ (Ehefähigkeitszeugnis), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ sħubija reġistrata (Teilauszug über das Bestehen eingetragenen Partnerschaft)
(g) ċertifikat ta’ sħubija (Partnerschaftsurkunde), konferma tal-kapaċità ta’ dħul fi sħubija reġistrata (Bestätigung der Fähigkeit eine Eingetragene Partnerschaft begründen zu können), estratt mir-reġistru li juri l-eżistenza ta’ żwieġ (Teilauszug über das Bestehen einer Ehe) jew ta’ sħubija reġistrata (Teilauszug über das Bestehen eingetragenen Partnerschaft)
(k) konferma tar-reġistrazzjoni tar-residenza (Meldebestätigung)
(m) estratt mir-rekords kriminali (Strafregisterbescheinigung)
Fl-isfera ġudizzjarja, l-ebda formola multilingwi mhi rilevanti.
L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu
Fl-Awstrija, it-traduzzjonijiet iċċertifikati jistgħu jsiru minn persuni rreġistrati fil-lista ta’ interpreti li ħadu l-ġurament pubbliku u ċċertifikati mill-qorti. Din il-lista (li tiġi aġġornata l-ħin kollu) ta’ interpreti tal-qorti tinsab hawn:
L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati
Traskrizzjoni ċċertifikata (jew kopja ċċertifikata) hija dokument li ġie kkonfermat li huwa kopja awtentika tal-oriġinal minn
persuna li għandha l-awtorità li toħroġ dokumenti awtentiċi (eż. nutar (Notarin/Notar)),
il-qorti distrettwali (Bezirksgericht) jew
l-awtorità tal-ħruġ (mhux f’kull każ u mhux kull awtorità).
Fl-isfera ġudizzjarja, il-kopji ċċertifikati jistgħu jinħarġu minn
(a) qrati (tinsab fis-sit web tal-Ministeru Federali għall-Ġustizzja, https://www.justiz.gv.at/home/gerichte/gerichtssuche~781.de.html)
u
(b) nutara (tinsab fis-sit web tal-Kamra tan-Nutara tal-Awstrija fuq https://www.notar.at/de/).
L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati
— Traduzzjonijiet iċċertifikati
Skont l-Artikolu 190(1) tal-Att dwar il-Proċedimenti Ġudizzjarji f’Materji Mhux Kontenzjużi (Außerstreitgesetz), il-korrispondenza eżatta ta’ traduzzjoni mal-oriġinal trid tiġi ċċertifikata minn interpretu ġuramentat u ċċertifikat mill-qorti li jrid jehmeż il-firma u s-siġill tiegħu (l-Artikolu 14 u l-Artikolu 8(5) tal-Att dwar l-Esperti u l-Interpreti (Sachverständigen- und Dolmetschergesetz).
Aktar informazzjoni dwar il-forma ta’ traduzzjonijiet iċċertifikati tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Assoċjazzjoni Awstrijaka tal-Interpreti tal-Qorti Ċertifikati fuq http://www.gerichtsdolmetscher.at/index.php/de/beglaubigte-uebersetzungen.
— Ħruġ ta’ kopji ċċertifikati mill-qrati
Il-korrispondenza ta’:
1. dokumenti pubbliċi stampati bi traskrizzjonijiet elettroniċi jew oħrajn (kopji) tagħhom, jew
2. dokumenti pubbliċi elettroniċi mal-paġni stampati tagħhom,
fejn dawn jintbagħtu lil qorti, iridu jiġu ċċertifikat mill-qorti; iridu jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar mill-qorti bl-apparat tekniku għad-dispożizzjoni tagħha.
Iċ-ċertifikazzjoni trid issir, skont l-applikazzjoni, fuq kopja stampata, imfassla mill-qorti jew eżaminata mill-qrib fil-qorti, tad-dokument stampat, jew fuq verżjoni stampata magħmula mill-qorti tad-dokument elettroniku (kopja stampata ċċertifikata), jew – skont id-disponibbiltà tat-teknoloġija u l-persunal xieraq – fuq kopja elettronika tad-dokument stampat (kopja elettronika ċċertifikata).
Iċ-ċertifikazzjoni fil-każijiet kollha trid tispeċifika:
1. il-post u d-data taċ-ċertifikazzjoni;
2. jekk id-dokument pubbliku ppreżentat huwiex fuq karta stampata jew elettroniku, u jekk huwiex l-oriġinal, kopja awtentikata, traskrizzjoni, kopja oħra jew kopja stampata;
3. jekk il-kopja, it-traskrizzjoni jew il-kopja stampata tirriproduċix id-dokument pubbliku sħiħ jew parti minnu biss.
Iċ-ċertifikazzjoni trid tispeċifika wkoll l-informazzjoni li ġejja jekk mhix diġà ċara mill-kopja, it-traskrizzjoni jew il-kopja stampata:
1. jekk id-dokument pubbliku għandux firem, karatteristiċi tas-sigurtà jew timbri, u jekk iva liema minnhom;
2. fejn applikabbli, li hija mqatta’ jew li l-forma fiżika tagħha hija b’xi mod ieħor ferm dubjuża;
3. fejn applikabbli, li partijiet minnu jidher li ġew mibdula, imħassra, miżjuda jew imdaħħla fil-marġnijiet.
— Ħruġ ta’ kopji ċċertifikati min-nutara
Nutar huwa kkwalifikat biex jiċċertifika li traskrizzjoni stampata jew elettronika ta’ karta stampata hija kopja vera ta’ dokument pubbliku jekk ikun jista’ jaqra d-dokument b’mod ċar.
Sabiex nutar jiċċertifika li kopja ġġenerata b’mod elettroniku, permezz ta’ ritratt jew b’mod simili ta’ dokument pubbliku, pjanta, stampa jew tal-istess xorti hija kopja awtentika, huwa biżżejjed li l-kopja tkun saret taħt is-superviżjoni tan-nutar.
Jekk din il-kopja ma tirriproduċix il-paġna sħiħa, l-ommissjonijiet iridu jiġu indikati fil-kopja. L-istess japplika għal kopji stampati ta’ dokumenti pubbliċi elettroniċi.
In-nutar irid iqabbel bir-reqqa it-traskrizzjoni jew il-kopja mad-dokument pubbliku oriġinali u jdaħħal dikjarazzjoni li hija kopja awtentika fuq it-traskrizzjoni fuq karta (kopja) jew fuq kopja stampata, jew jehmeż dikjarazzjoni mat-traskrizzjoni elettronika li hija kopja awtentika.
Iċ-ċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:
1. jekk id-dokument pubbliku ppreżentat huwiex fuq karta stampata jew elettroniku, u jekk huwiex l-oriġinal, kopja awtentikata, traskrizzjoni, kopja oħra jew kopja stampata;
2. jekk id-dokument pubbliku għandux firem, karatteristiċi tas-sigurtà jew timbri, u jekk iva liema minnhom;
3. jekk il-kopja, it-traskrizzjoni jew il-kopja stampata tirriproduċix id-dokument pubbliku sħiħ jew parti minnu biss, u jekk iva liema parti;
4. fejn applikabbli, li d-dokument preżentat huwa mqatta’ jew li l-forma fiżika tiegħu hija partikolarment dubjuża;
5. fejn applikabbli, li partijiet minnu jidher li ġew mibdula, imħassra, miżjuda jew imdaħħla fil-marġnijiet.
L-informazzjoni msemmija fil-punti 2 u 5 mhijiex meħtieġa jekk il-kopja tkun saret b’ritratt jew b’metodi simili u ċ-ċirkostanzi msemmija jidhru mill-kopja.
L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati
Ara taħt il-punt (f).