Qrati ordinarji – introduzzjoni
Is-sistema tal-qrati komuni fil-Polonja tinkludi l-qrati tal-appell (sądy apelacyjne), provinċjali (sądy okręgowe) u distrettwali (sądy rejonowe). Dawn il-qrati jiddeċiedu, fost affarijiet oħrajn, dwar kawżi li jikkonċernaw il-liġi kriminali, ċivili, tal-familja u l-minorenni, il-liġi kummerċjali, il-liġijiet tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali – ħlief għall-każijiet li huma kompetenza ta’ qrati speċjali oħrajn, bħall-qrati militari.
Il-qrati komuni jżommu wkoll reġistri tal-artijiet u tal-ipoteki kif ukoll ir-reġistru tal-pledges, ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali u r-Reġistru Kriminali Nazzjonali.
Qrati Ċivili
Hemm unità ċivili (wydział cywilny) f’kull qorti tal-appell, provinċjali u distrettwali.
Qrati kriminali
Hemm unità kriminali (wydział karny) f’kull qorti tal-appell, provinċjali u distrettwali.
Bażijiet tad-dejta legali
Is-sit elettroniku tal-Gvern Pollakk fih lista ta’ Atti ppubblikati, lura sa mill-1918.
L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.