Skip to main content

Qrati ordinarji nazzjonali

Il-qrati ordinarji huma l-qalba tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri. Huma jittrattaw il-parti l-kbira tal-proċedimenti ġudizzjarji. L-ambitu tal-ġurisdizzjoni tagħhom ivarja ħafna. Hawnhekk tista’ ssib informazzjoni dwar il-qrati ordinarji u l-ġurisdizzjoni tagħhom f’kull Stat Membru.

Fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, il-qrati ordinarji jittrattaw żewġ tipi prinċipali ta’ proċedimenti:

  • Proċedimenti fi kwistjonijiet kriminali, jiġifieri rigward reati (kriminali) li jġorru piena (bħal serq, vandaliżmu, frodi, eċċ.); dawn il-qrati jistgħu jimponu pieni u ta’ spiss jissejħu “qrati kriminali”,
  • Proċedimenti fi kwistjonijiet ċivili, jiġifieri tilwim bejn ċittadini u/jew negozji (pereżempju, problemi bil-kera, kuntratt għal servizz jew divorzju, eċċ.); dawn il-qrati ta’ spiss jissejħu “qrati ċivili”.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna