Skip to main content

Medjazzjoni

It-tilwimiet jistgħu jkunu solvuti mingħajr rikors għall-qrati. Tista’ wkoll tikkunsidra tekniki ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (“ADR”) bħall-medjazzjoni jekk ma tistax issib soluzzjoni għat-tilwima waħdek.

Il-medjazzjoni tkun definita bħala proċess strutturat li permezz tiegħu żewġ partijiet jew aktar f’tilwima jippruvaw minn rajhom, fuq bażi volontarja, jilħqu ftehim dwar is-soluzzjoni tat-tilwima tagħhom bl-assistenza ta’ parti terza newtrali u kwalifikata (“medjatur”). Dan il-proċess jista’ jinbeda mill-partijiet jew jiġi ssuġġerit jew ordnat minn qorti jew ikun preskritt bil-liġi ta’ Stat Membru.

Il-medjazzjoni tista’ tintuża biex jissolvew tilwimiet ma’ ditta, kummerċjant, min iħaddmek, saħansitra ma’ membru tal-familja tiegħek, f’pajjiżek jew barra pajjiżek.

Il-proċess li jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni, normalment ikun aktar veloċi u jiswa anqas flus minn proċediment fil-qorti.

Regoli tal-UE dwar il-medjazzjoni

L-Unjoni Ewropea tippromwovi attivament metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ("ADR"), bħall-medjazzjoni. Id-Direttiva dwar il-Medjazzjoni tapplika fil-pajjiżi kollha tal-UE. Id-Direttiva tikkonċerna l-medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Medjazzjoni fil-pajjiżi tal-UE

Il-medjazzjoni tinsab fi stadji differenti ta' żvilupp fl-Istati Membri. Hemm xi Stati Membri li għandhom leġislazzjoni komprensiva jew regoli proċedurali dwar il-medjazzjoni. F'xi oħrajn, il-korpi leġislattivi urew ftit interess fir-regolamentazzjoni tal-medjazzjoni. Madankollu, hemm xi Stati Membri li għandhom kultura soda ta' medjazzjoni, li jiddependu l-aktar fuq l-awtoregolamentazzjoni.

Medjazzjoni tal-familja

Informazzjoni dwar għadd ta’ kwistjonijiet rigward il-medjazzjoni tal-familja inkluż il-kuntest transfruntiera, il-prinċipji, l-ispejjeż….

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna