Skip to main content

Fiches Belges

Il-Fiches Belges hija għodda li tipprovdi informazzjoni prattika dwar settijiet speċifiċi ta’ miżuri li huma koperti mill-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.

Il-Fiche Belges tgħinek:

  • tivverifika jekk miżura tkunx applikabbli f’pajjiż partikolari
  • tivverifika liema lingwa trid tuża fit-talba tiegħek għal kooperazzjoni
  • tara b’mod ġenerali liema informazzjoni trid tinkludi fit-talba tiegħek.
  • tqabbel il-miżuri bejn 2 pajjiżi

Il-miżuri jinqasmu f’10 gruppi:

  • L-intraċċar u l-interċettazzjoni ta’ (tele)komunikazzjonijiet
  • Aġenti u informaturi – l-Infiltrazzjoni
  • L-eżaminazzjoni, it-tiftix fuq il-persuna u l-evalwazzjoni tal-esperti
  • Dokumenti – il-Ksib
  • Assi – is-Sekwestru, il-konfiska u r-restituzzjoni
  • Postijiet – Żjara u tiftix
  • Xhieda, vittmi, suspettati – Taħrik u seduta ta’ smigħ
  • Operazzjonijiet transfruntiera
  • Miżuri speċifiċi għall-Istrumenti ta’ Rikonoxximent Reċiproku
  • Trasferiment tal-proċedimenti

L-għodda hija disponibbli hawnhekk (nota: se tkun qed toħroġ mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja).

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna