Kif issib avukat
Għandek id-dritt assolut li tkun assistit minn avukat f’kull kwistjoni. Tista' tagħżel avukat inti u tista' wkoll tikkuntattja lill-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu biex takkwista l-lista tal-avukati sabiex tagħżel wieħed li tixtieq.
F'każ li ma tagħżilx avukat jew f'każ illi l-President tal-Kamra tal-Avukati jqis l-għażla tiegħek bħala inadegwata, ikun il-President illi jagħżlu. L-avukat huwa marbut, ħlief f'każ ta' xi impediment jew kunflitt ta' interess, li jieħu f'idejh il-każ li jkun ġie assenjat.
Jekk inti tkun tinsab arrestat, tista' titlob lill-maġistrat inkwerenti, fil-bidu tal-proċedura, sabiex tkun assistit minn avukat ipprovdut mill-qorti jew minn avukat tal-għażla tiegħek.
Kif tħallas lill-avukat
Il-ħlas tal-avukat mhuwiex obbligatorju. Jekk inti m'għandekx minn fejn tħallas avukat, tista' titlob għajnuna legali mis-servizz tal-assistenza, kif ukoll informazzjoni ġuridika mill-qrati.
Jeżisti servizz ta’ assistenza u informazzjoni ġuridika fil-Belt tal-Lussemburgu, f'Diekirch u f'Esch-sur-Alzette:
- Il-Belt tal-Lussemburgu: Cité Judiciaire, Bâtiment CR, L-2080, Luxembourg, Tél : 22 18 46
- Diekirch: bei der Aler Kiirch, B. P. 66 L-9201 Diekirch, Tél: 80 23 15
- Esch-sur-Alzette: place de la Résistance, L-4002 Esch/Alzette, Tél: 54 15 52
Titqies bħala persuna li m'għandhiex riżorsi biżżejjed jekk ma jkollokx mezzi finanzjarji ogħla mid-dħul minimu stipulat mil-liġi.