Skip to main content

Imputati (proċeduri kriminali)

Il-Lussemburgu

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw dak li jseħħ meta xi ħadd ikun issuspettat jew akkużat bi ksur u li jiġi pproċessat f'kawża quddiem qorti. Għal informazzjoni dwar kontravenzjonijiet minuri bħall-ksur tal-kodiċi tat-traffiku, li normalment jiġu ppenalizzati b'piena fissa bħal multa, ara l-iskeda informattiva 5. Jekk inti vittma ta' reat, issib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Il-kontenut ipprovdut minn
Il-Lussemburgu
Flag of Luxembourg

Sommarju tal-proċedura kriminali

Hawn taħt issib il-punti prinċipali tal-istadji normali ta' proċedura kriminali

  • il-proċess jibda b'denunzja ta' ksur, bi kwerela mill-vittma jew b'rapport tal-pulizija dwar reat jew delitt
  • il-Prosekutur tal-Istat jordna inkjesta preliminari
  • il-pulizija tinterroga lill-persuni ssuspettati u tista' żżommhom taħt arrest sa massimu ta' 24 siegħa
  • jekk il-Prosekutur tal-Istat jaħtar imħallef inkwirenti, ikun hu li jieħu ħsieb l-akkuża, jiġifieri jkun hu li jressaq l-akkuża uffiċjali kontrik li tkun wettaqt ksur u wara jinterrogak
  • l-imħallef jista' jitlob lill-pulizija tarrestak u tpoġġik il-ħabs : inti jkollok id-dritt li titlob għal-libertà proviżorja mis-sigrieta tal-qorti distrettwali
  • l-imħallef inkwerenti joħroġ il-mandat għall-akkuża jew għall-ħelsien
  • malli jlesti, l-imħallef inkwerenti jerġa' jgħaddi l-każ għand il-Prosekutur li jew jipproponi l-ħelsien (tmiem il-każ, bla segwitu) jew jibagħtek quddiem qorti biex tiġi ġġudikat. Għandek dritt tressaq rikors kontra r-rinviju
  • tidher għal seduta tal-qorti kriminali
  • tingħata sentenza li teħilsek jew tikkundannak
  • għandek id-dritt tressaq appell u terġa' tiġi ġġudikat mill-Qorti tal-Appell

Fin-noti informattivi ssib dettalji dwar l-istadji kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma tiħux post il-parir ta' avukat u għandha sservi biss biex tiffamiljarizza ruħek mas-sistema.

L-irwol tal-Kummissjoni Ewropea

Importanti tkun taf illi l-Kummissjoni Ewropea m'għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tkun ta' assistenza jekk tkun trid tressaq ilment. Dawn l-iskedi informattivi juru kif inti tista’ tressaq ilment u fejn tressqu.

Ikklikkja fuq il-links t'hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ.

Parir ta' avukat

Id-drittijiet tiegħi waqt l-inkjesta

  • interrogazzjoni/inkjesta preliminari tal-pulizija
  • Arrest (li jinkludi mandat ta' arrest Ewropew)
  • Interrogazzjoni mill-maġistrat inkwerenti u ż-żamma taħt arrest
  • Smigħ in camera sabiex tittieħed deċiżjoni dwar ir-rilaxx
  • Tmexxija tal-kawża mill-Prosekutur tal-Istat/maġistrat inkwerenti u d-drittijiet tad-difiża
  • Il-proċedura sabiex tingħalaq l-inkjesta u terġa' tintbagħat quddiem il-qorti

Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess

Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Ksur tal-kodiċi tat-traffiku u ksur minuri iehor

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna