Sib informazzjoni għal kull reġjun
Jekk tixtieq tieħu każ il-qorti, għandek iżżomm f'moħħok li hemm regoli proċedurali nazzjonali li għandhom jiġu segwiti. Dawn ivarjaw skont il-mod kif il-każ jiġi referut lill-qorti, iżda l-għan essenzjali tagħhom huwa biex jgħinuk tippreżenta l-kwistjonijiet relevanti fil-fatt u fid-dritt b'mod li jkun suffiċjentement ċar u sħiħ sabiex il-qorti tkun tista' tevalwa l-ammissibilità u l-mertu tal-każ tiegħek.
Il-modi ta' kif il-każ huwa riferut lill-qorti jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Hemm ukoll varjazzjonijiet fi ħdan l-Istat Membru skont in-natura u ċ-ċirkostanzi tar-rikors u t-tip ta' qorti. It-tressiq quddiem xi qrati ta' każijiet partikolari jistgħu jobbligawk timla formola jew tikkompila fajl sħiħ dwar il-każ. F'xi każijiet, tista' ssir oralment.
Dawn il-varjazzjonijiet huma spjegati mill-fatt li t-tilwim miġjuba quddiem il-qrati huma wkoll differenti ħafna minn xulxin. min-natura tagħhom jistgħu jkunu iktar jew inqas diffiċli biex jissolvew. Huwa importanti ħafna li wieħed jiżgura li ma jkun hemm xejn nieqes, biex jiġi faċilitat ix-xogħol tal-imħallef, u biex tippermetti lill-parti l-oħra tiddefendi ruħha adegwatament u tiżgura li l-proċedura kollha timxi mingħajr xkiel.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Meta tkun involut f'każ litiġjuż fejn mhux il-fatti kollha tiegħu jkunu kollegati mal-istess pajjiż għandek tara liema liġi se tiġi applikata mill-qorti fit-teħid tad-deċiżjoni.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.