FIL-PRIM’AWLA TAL-QORTI ĊIVILI
IMĦALLEF
ONOR. GRAZIO MERCIECA LL.D.
ILLUM, 7 ta’ Diċembru 2021.
Rikors Nru. 892/2016 GM
Doreen Baldacchino KI 392580M
vs
Auto Sales Limited
Il-Qorti,
Rat ir-Rikors Ġuramentat ta’ Doreen Baldacchino li permezz tiegħu wara li
ppremettiet illi :
Kienet xtrat mingħand is-soċjeta` intimata vettura tal-marka Renault
Clio numru tar-reġistrazzjoni KND-124 u dana f'Jannar 2016 versu l-
ii
prezz ta' sbatax il-elf u mitejn (17,200) ewro li tħallsu max-xiri talvettura in kwistjoni.
Hekk kif għadda ftit ta’ ż-żmien mix-xiri, ir-rikorrenti bdiet tesperjenza
ħsarat strambi fl-imsemmija vettura. Ma baqax jaħdem ir-radju, ilbumper beda jagħmel ħsejjes kbar, is-seats bdew jiċċaqalqu, l-isteering
żviluppatlu ħsara u bosta ħsarat oħra li għalkemm bdew momentarjament
jissewew, xorta waħda bdew jerġgħu jirrepetu rwiehom il-ħsara.
Difatti r-rikorrenti spiċċat biex fil-ftit xhur li kienet ilha għandha lvettura msemmitja marret diversi okkażjonijiet biha għand l-intimati
sabiex l-istess vettura terġa' tissewwa. Sfortunatament għar-rikorrenti lvettura baqgħet ma ssewwiet qatt u dana ħoloq inkonvenjent kbir għallesponenti, omm ta' minorenni li spiċċat mingħajr vettura peress li flaħħar okkażjoni li ħadet il-vettura għand l-intimati ma reġgħetx marret
lura għaliha. Illi l-esponenti hallset għal vettura ġdida u s'intendi eseġiet
li jkollha vettura tali li setgħet tużaha bla xkiel mhux kif effetivament
ġara u kif ser jiġi pruvat waqt il-kawża.
Ir-rikorrenti interpellat lis-soċjeta` intimata b'ittra legali u ittra uffiċjali
datata 7 ta' Settembru 2016, iżda s-soċjeta` intimata baqgħet
inadempjenti u f'ebda mument ma għamlet dak obbligata tagħmel a tenur
tal-Kap 16 u 378 tal-Liġijiet ta' Malta.
Kawża ta' dan l-aġir r-rikorrenti sofriet danni 'n kwantu ħlas ta' liċenzja u
assikurazzjoni u spejjeż oħra sabiex hija tkun tista’ tinqeda bi trasport
tagħha u familtha kif ser jirriżulta.
L-imsemmija vettura tħalliet fil-pussess tas-soċjeta’ intimata.
Talbet lil din il-Qorti sabiex:
1. Tiddikjara l-vettura ta-tip Renault Clio KND-124 hija milquta minn
difett moħbi li jrendija mhux tajba u utli għall-iskop li għalih inxtrat;
2. Tiddikjara maħlul il-kuntratt ta' bejgħ tal-imsemmija vettura millkumpanija intimata lir-rikorrenti, bl-istess vettura terġa’ ssir
proprjeta` tal-kumpanija intimata;
3. Tiddikjara wkoll li l-kumpanija intimata għandha tirrifondi lirrikorrenti l-prezz sħiħ tal-vettura u kif ukoll danni minnha sofferti
iii
għaż-żmien li fih il-vettura kienet u ser tibqa' għand il-kumpanija
intimata;
4. Tikkundanna lill-kumpanija intimata sabiex tħallas lir-rikorrenti ssomma ta' sbatax-il elf u mitejn ewro (17,200) rappreżentanti prezz
tal-vettura;
5. Tillikwida d-danni sofferti mir-rikorrenti għaż-żmien li fih il-vettura
kienet u ser tibqa' għand il-kumpanija intimata;
6. Tikkundanna lill-kumpanija intimata tħallas id-danni hekk likwidati
fil-ħames [5] talba;
Bl-ispejjeż, inklużi dawk tal-ittra uffiċjali numru 2956/16, bl-imgħax
legali mid-data tal-imsemmija ittra uffiċjali.
Rat ir-Risposta Ġuramentata tal-kumpannija Auto Sales Limited (C 491) li
permezz tagħha eċċepiet illi:
1. Sabiex teħles mir-rabta kuntrattwali minn mal-kumpannija esponenti,
ir-rikorrenti kellha tirrifjuta materjalment il-Vettura (kif definita iktar
l’isfel) u tiddepożitha taħt l-awtorita' ta' din l-Onorabbli Qorti.
Għalavolja saret ċedola (nru.1582/16) għal dan il-għan, ir-rikorrenti
abbandunat il-Vettura wara li ħaditha għand il-kumpannija esponenti
u llum tinstab hemmhekk kif ikkonfermat mir-rikorrenti f' paragrafu
6 tar-rikors promotur.
2. L-azzjoni tar-rikorrenti hija preskritta u dan skont l-Artikolu 1431
tal-Kap. 16.
3. Ir-rikors promotur hu konfuż, għaliex fir-raba' paragrafu, r-rikorrenti
tirreferi għal żewġ kapitli ta' liġi differenti, l-Kap. 16 u l-Kap. 378 li
joffru żewġ rimedji simili iżda distinti, senjatament dik redibitorja ai
termini tal-artikolu 1427 tal-Kap 16, u dik ta' rexxissjoni ta' kuntratt
fl-artikolu 76 tal-Kap 378, jew il-waħda jew l-oħra.
4. Għalkemm dan ma jwassalx fid-diffikulta` tal-kumpannija esponenti
li tirrispondi għat-talbiet imressqa mir-rikorrenti, jista' jgħati l-każ illi
jkun hemm eċċezzjonijiet ulterjuri kemm-il darba jkun il-każ illi lazzjoni hija naxxenti mill-Kap. 378.
iv
5. Il-kumpannija esponenti ma naqset taħt l-ebda waħda mill-azzjonijiet
fuq indikati.
6. L-attriċi m'għandhiex il-jedd għar-rexxissjoni tal-kuntratt taħt lazzjoni redibitorja u hi insostenibbli stante li l-vettura ma hijiex
milquta minn ebda difett moħbi;
7. ld-difetti, jekk jistgħu jissejħu hekk, imsemijjin fit-tieni paragrafu
tar-rikors promotur huma ta' natura minuri, insinjifikanti u bl-ebda
mod ma jaffetwaw l-użu tal-Vettura u allura ma jistgħux iġibu
magħhom konsegwenza ta' rexxissjoni.
8. ll-kumpannija esponenti tiċħad illi hija responsabbli għall-allegati
danni.
Rat illi t-tieni u t-tielet eċċezzjonijiet ġew irtirati wara li l-attriċi ddikjarat li din
il-kawża saret abbażi tal-azzjoni redibitorja taħt il-Kodiċi Ċivili u mhux taħt ilKap 378 tal-Liġijiet ta’ Malta1
ċjoe` l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Taħt dak l-att, il-konsumatur igawdi tutela ikbar dwar difetti fil-prodott mixtri,
kif ukoll minn perjodu ta’ preskrizzjoni itwal minn dak tal-Kodiċi Ċivili.
B’danakollu l-attriċi għażlet li ma tistrieħx fuq dik il-liġi speċjali. Billi lazzjoni taqa’ fid-disposittiv tal-partijiet, il-Qorti għandha jdejha marbutin mattip t’azzjoni magħżula mill-attriċi.
Semgħet il-provi.
Rat ir-rapport tal-perit tekniku.
Rat l-atti l-oħrajn tal-kawża.
Semgħet it-trattazjoni bil-fomm tal-avukati tal-partijiet.
1 Fol 20
v
Ikkunsidrat:
Fatti:
Fis-6 ta’ Jannar 2016 l-attriċi xtrat mingħand il-konvenuta karozza ġdida
fjamanta u ħallset il-prezz kollu mal-kunsinna. Bdiet tinnota għadd ta’ difetti
ta’ xorta differenti waħda mill-oħra u għamlet kważi seba’ xhur ġejja u sejra
għand il-konvenuta bl-ilmenti sakemm fl-aħħar qatgħet qalbha, ħaditha lura
għand il-konvenuta fit-28 ta’ Lulju 2016 u, għalkemm l-addetti tal-attriċi
sussegwentement kienu nfurmawha li d-difetti kollha ġew eliminati, hija
rrifjutat il-vettura, ippreżentat ittra uffiċjali kif ukoll din il-kawża.
Skont Malcolm Mallia, wieħed mill-impjegati tal-konvenuta, hija marret
madwar tmien darbiet. Fl-atti ġew esibiti ħames job sheets relatati mal-ilmenti
tal-attriċi, li xehdet li ġieli marret biha u ħaditha lura wara ftit tal-ħin u
għalhekk ma kienx hemm job sheets. Tant marret drabi li tar-reception dratha
u malli tilmaħha kienet tgħidilha jekk hix tar-Renault KND-124. L-ewwel
ilment li kellha l-attriċi kien dwar ir-radju tal-vettura, li ġie mibdul u beda
jaħdem tajjeb, u dwar il-bumper2
. Imbagħad bdiet tisma’ ta’ spiss ħsejjes
ġejjin minn diversi partijiet tal-karozza. Xehdet li kien hemm okkażjonijiet
meta l-karozza ma kinitx taqbad mill-ewwel; l-addetti tal-konvenuta xehdu li
ma sabu xejn ħażin f’dan is-sens u l-karozza meta ppruvawha kienet taqbad
mill-ewwel3
.
Kunsiderazzjonijiet legali:
- Preskrizzjoni:
2 Fol 85
3
fol 87.88
vi
Din il-Qorti taqbel mal-Qorti tal-Appell Kummerċjali li:
“Il-kliem ‘minn dakinhar li seta’ jkun li hu jikxef id-difett’ għandhom
ikunu nterpretati fis-sens li d-dies scientiae ma hux dak li fih tiġi nnotata
jew riskontrata irregolarita` fil-funzjonament imma huwa dak li fih jiġi
aċċertat id-difett. Dan hu partikolarment il-każ fil-bejgħ ta’ konġenji jew
apparati ta’ struttura delikata u teknikament komplikata, bħal ma huma
washing machines, refrigerators, etc, li llum il-ġurnata saru ta’ użu
domestiku komuni. Ma hux loġiku li wieħed jirritjeni li, malli x-xerrej
jirriskontra xi irregolarita’ fil-funzjonament, jikkonkludi li din lirregolarita` hi difett… u fil-pront jistitwixxi l-azzjoni, imma jidher aktar
loġiku li jingħad li, f’każi simili, stante l-possibilita` li si tratta, mhux ta’
veru difett, imma ta’ sempliċi irregolarita` faċilment riparabbli, ix-xerrej
jirrikorri għall-bejjiegħ biex dan sia pure taħt il-garanzija li soltu tiġi
rilaxxjata mal-bejgħ ta’ attrezzi simili, jipprovdi għar-riparazzjoni”4
.
Is-sentenza suċċitata hija tas-sena 1963. It-teknoloġija ta’ dak iż-żmien hija
primittiva meta mqabbla ma’ dik tal-lum u allura iktar u iktar il-konsumatur
tal-lum ma jkunx f’qagħda li japprezza sewwa sew x’ikun mar ħażin fil-prodott
li jkun xtara.
Interessanti wkoll iżda l-pronunzjament tal-Qorti tal-Appell li:
“Id-dies scientiae hu dak li fih jiġi definittivament aċċertat id-difett.
B’danakollu, hemm żgur pont fiż-żmien li fih l-iżvilupp progressiv talvizzju jista’ jingħad li jkun laħaq effett kumulattiv li għandu
raġonevolment jgħarraf lix-xerrej bl-eżistenza tiegħu, u minn dak il-punt
jibda jitqies iż-żmien tal-azzjoni jew inazzjoni tal-istess xerrej għallfinijiet tal-Art. 1481 (illum 1431) Kod. Ċiv.”5
L-attriċi xtrat il-vettura fis-6 ta’ Jannar 2016. Wara li ħaditha għadd ta’ drabi
għat-tiswija għand il-bejjiegħ tagħha, irritornat il-vettura fit-28 ta’ Lulju 2016,
4 Maria Rosa Baldacchino v Edward Vincenti Kind noe. 18.10.1963 Appell Kummerċjali. Ara wkoll Carmelo
Buttigieg v Eucharist Zammit 07.10.1997 Appell; Anton Grima v Anthony Fenech noe 06.10.1999 – iċċitati flAlfabett tal-Kodiċi Ċivili, per. Imħ. Emeritus Philip Sciberras, Vol A. paġna 562
5 Emmanuele Florian v Rosario Desira 09.06.1969 Appell Kummerċjali; ara wkoll: Carmelo Dimech v Francis
Xuereb et 15.12.1997 Appell; Maria Vella v The Manager – Tarsons Ltd 05.07.2006 Appell Inferjuri
(Għawdex).
vii
ippreżentat ittra uffiċjali fis-7 ta’ Settembru 2016 u fetħet din il-kawża fis-6
t’Ottubru 2016.
Hemm konflitt fil-ġurisprudenza dwar jekk it-terminu ta’ sitt xhur impost biex
tittieħed azzjoni skont Artiklu 1431 tal-Kodiċi Ċivili hux wieħed ta’ dekadenza
jew ta’ preskrizzjoni6
. Proprjament din il-Qorti m’għandhiex tidħol f’din ilkwistjoni għaliex is-soċjeta` konvenuta ma tqanqalx dan il-punt u tirreferi
għall-perjodu bħala wieħed ta’ preskrizzjoni.
B’danakollu, kemm jekk il-perjodu jitqies li hu ta’ preskrizzjoni, kif ukoll jekk
jitqies wieħed ta’ dekadenza, ma jirriżultax li l-kawża saret fuori termine. Flaħjar ipotesi għall-attriċi – dik li t-terminu huwa wieħed preskrittiv l-ittra
uffiċjali nterrompiet il-preskrizzjoni u għalhekk is-sitt xhur bdew jgħaddu mis7 ta’ Marzu 2016. Fl-agħar ipotesi għall-attriċi – ċjoe` jekk it-terminu jitqies
wieħed dekadenzjali – il-perjodu ta’sitt xhur imur lura għas-6 t’April 2016.
Sta għall-bejjiegħ li jġib il-prova li kien qabel dakinhar li x-xerrejja indunat li
l-irregolarita` fil-funzjonament kien tali li jammonta għal difett. Iktar u iktar
meta ċertu irregolaritajiet lanqas il-bejjiegħ ma seta’ jsib il-kawża tagħhom.
Prova li s-soċjeta` konvenuta ma rnexxilhiex iġġib. Iktar u iktar billi l-attriċi
ma rriskontratx irregolarita` waħda, imma diversi u fi żminijiet differenti.
Għalhekk l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni ma tistax tiġi milqugħa.
Mertu:
Il-Kodiċi Ċivili jfassal l-obbligi tal-bejjiegħ fl-artiklu 1424:
6
Iżda ara b’mod partikolari Carmelo Cremona v Salvatore Farrugia 01.08.1966, Appell Ċivili, fejn il-Qorti
qalet li l-liġi stess tirreferi għat-terminu bħala wieħed ta’ preskrizzjoni kemm fil-korp tal-Artiklu kif ukoll finnota marġinali – Alfabet, voce Azzjonijiet, cit., paġna 563.
viii
“Il-bejjiegħ hu obbligat jagħmel tajjeb għad-difetti li ma jidhrux talħaġa mibjugħa illi jagħmluha mhux tajba għall-użu li għalih hija
maħsuba, jew li jnaqqsu daqshekk il-valur tagħha illi x-xerrej ma
kienx jixtriha jew kien joffri prezz iżgħar, li kieku kien jaf bihom”.
Din id-disposizzjoni hija waħda li tinstab fl-istat oriġinali tagħha sa minn
mindu ġie ppromulgat il-Kodiċi Ċivili fit-tieni nofs tas-seklu dsatax, billi qatt
ma ġiet emendata jew mibdula. Oriġinarjament l-Artiklu 1424 kien enumerat
bħala Artiklu 1138. Fl-appunti tiegħu, Sir Adrian Dingli, conditor tal-Kodiċi,
kiteb “Sia mobile sia immobili. Troplong 548”. Jidher għalhekk li dan l-awtur
għalhekk kien l-uniku mudell li uża Dingli. Ma ċċita l-ebda disposizzjoni f’xi
kodiċi ċivili barrani ta’ dak iż-żmien.
7
Jidher iżda li l-Artiklu 1424 hu identiku għall-Artiklu 1626 tal-Kodiċi
Napoleoniku li min-naħa tiegħu kien abbozzat fuq il-kitba tal-Pothier8
.
Dawn il-Qrati stqarru li mhux faċli wieħed jistabbilixxi x’wieħed jifhem
b’difett, għalkemm għamlu tentattivi f’din id-direzzjoni:
- Borg v Petroni9
ċċitat awturi Taljani li jippuntaw għal kull ħaġa li
teffettwa l-kwalita` normali tal-ħaġa:
“In-nozzjoni teknika fordamentali ta' dak li għandu jiftiehem
b’vizzju jew difett tal-ħaġa mibjugħa mhix ħaġa li tista’ tiġi
faċilment stabbilita. Il-kriterju traċċjar minn Tartufari hu fis-sens
li jiġi rigwardat l-istat u l-kondizzjoni oblettiva tal-ħaġa
7 Raymond-Théodore Troplong kien ġurista prominenti Franċiż li sar President tal-Qorti tal-Kassazzjoni
Franċiża fl-1852.
8 Ara F Laurent, Principes de Droit Civil Vol 24 para 277 et seq (1878)
9 Perit Cavaliere Emmanuele Borg v Carmelo Petroni noe 30.07.1953 Qorti tal-Kummerċ, ikkonfermata flAppell fid-29.01.1954, iċċitata fl-Alfabett tal-Kodiċi Ċivili, Philip Sciberras, Vol B-C, paġni 149-150
ix
individwalment kunsidrata, mingħajr konfront ma ħwejjeġ oħra,
għalkemm tal-istess speċi. Għal kull ħaġa, tkun xi tkun l-ispeċi u
l-kwalita`, hemm ċertu mod kif tkun dik i1-ħaġa li jirrapreżenta listat u l kondizzjoni normali b'mod li minnu tiddependi l-attitudni
tagħha għall-użu li għalih skont in-natura tagħha hija destinata,
jew il-partijiet kellhom f'moħħhom fil-konklużjoni tal-kuntratt.
Kull devjazzjoni li tinsab fil-ħaġa minn dak "il modo di essere
ordinarju u normali tagħha tagħmilha vizzjuża u difettuża; u
għalhekk b'vizzju jew difett għandu appuntu wieħed jifhem kull
anormalita jew imperfezzjoni, u kull gwast jew avarija, li tiġi
riskontrata fil-ħaġa, u li, aktar jew anqas, tneħħilha l-attitudni
għall-użu jew il-bonta` u l-integrita' tagħha… Fuq dan il-punt
jaqbel Vivante li jgħid: "l vizi sono inerenti al modo imperfetto
con cui la merce fu fabbricato il vizio e' un guasto o deperimento
della merce fuori del suo stato normale” (Trattato di Diritto
Commeciale, Vol. IV no. 1654). F’ dan l-istess sens espremiet
ruħha l-ġurisprudenza, kif jirriżulta mid-deciżjonijiet, kif jirriżulta
mid-deciżjonijiet tat-Tribunal Taljani riportati fir-“Raccolta
della. Ġiurisprudenza sul Codice Civile” (Vol, VIII, pag, 555, no.
82) :- ‘il vizio o difetto redibitoro…consiste in una alterazione,
un’anonalia, un gusto, un deterioramento, una manchevolezza
della cosa, che alla qualita` stesso tolga l’efficacia” 'Perit
Cavaliere Emmanuele Borg -vs- Carmelo Petroni noe" Qorti talKummerċ, 30 ta' Lulju, 1953.”
- Lucia v Chevalier10
qalet li d-difett irid ikun wieħed gravi. Il-gravita`
tiġi stabbilita fuq żewġ kriterji – wieħed oġġettiv u l-ieħor soġġettiv:
“Da questa disposizione chairo emerge che a dar vita alla
garanzia che il venditore deve al compratore pei vizi occulti
della cosa venduta, occorre che tali vizi presentino una certa
gravita` la cui misura e` determinata dalla legge in base a due
criteri, l’uno obbiettivo consistente nell’assoluta inettitudine
della cosa all’uso cui e` destinata, ovvero nella semplice
diminuzione di tale uso; l’altro suggettivo che si trae dalla
presumibile intenzione del compratore il quale se avesse
conosciuto il vizio al tempo della compra o non si sarebbe
10 Ettore Lucia v Tommaso Chevalier 21.01.1920, Appell Kummerċ XXIV.i.981; ara wkoll Giuseppe Gauci v
Dr Gius. Frendo Azzopardi 31.05.1929 Qorti tal-Kummerċ
x
indotto ad acquistare la cosa, oppure acquistandola, non ne
avrebbe offerto il prezzo pattuito”11
.
Anke Artikolu 1641 tal-Code Civil Franċiż viġenti huwa identiku għaddisposizzjoni Maltija12
. Min-naħa l-oħra, l-Artiklu 1490 tal-Kodiċi Ċivili
Taljan viġenti (tas-sena 1940) huwa simili għad-disposizzjoni Maltija iżda
jneħħi r-riferenza għall-element soġġettiv13
.
Il-Qorti tal-Kassazzjoni Taljana14 stabbiliet li ċ-ċirkostanza tat-tnaqqis tal-valur
hija indipendenti minn dik tan-nuqqas ta’ funzjonament tal-ħaġa. Fi kliem
ieħor jista’ jkollok ħaġa li taħdem tajjeb iżda li jkollha xi difett ieħor li
jnaqqsilha l-valur.
Fil-fehma ta’ din il-Qorti dan it-tagħlim jgħodd ukoll għad-disposizzjoni
Maltija.
L-istess Qorti stabbiliet ukoll li l-użu li għalih hi ddestinata l-ħaġa huwa skont
il-funzjoni ekonomika-soċjali tiegħu, inkella għall-funzjoni partikolari
pattuwita fil-kuntratt15
.
11 Ettore Lucia v Tommaso Chevalier per la ditta Chevalier & Co 21.01.1920 Appello Commerciale
XXIV.i.981.
12 “Le vendeur est tenu de la garantie a` raison des defauts caches de la chose vendue qui la rendent impropre
a`l’usage auquel on la destine, ou qui diminuent tellement cet usage, que l’acheteur ne l’aurait pas acquise, ou
n’en aurait donne qu’un moindre prix, si l’avait connu”.
13 “Il venditore e` tenuto a garantire che la cosa venduta sia immune da vizi che la rendano inidonea all’uso a
cui e` destinata o ne diminuiscano in modo apprezzabile il valore...”
14 C 78/3519: “vizi... che diminuiscano in modo apprezzabile il valore del bene (indipendentemente dalla
circostanza che incidano oppure no al suo funzionamento)”, oppure lo randano inidoneo (anche se non
assolutamente inutilizzabile) all’uso.
15 Cassazione 86/914: “oppure lo randano inidoneo (anche se non assolutamente inutilizzabile) all’uso cui e`
destinato, avuto riguardo alla sua funzione economico-sociale, o alla particolare funzione prevista nel
contratto” – iċċitata minn Commentario Breve al Codice Civile, Cian & Trabucchi 13th ed. (2018) - Art. 1490
paġna 1633.
xi
Skont il-Laurent16:
- id-deċiżjoni jekk difett jagħmilx il-ħaġa mhux addattata għall-użu li
għalih tkun maħsuba, jew jekk ixekkillhiex l-użu b’mod li x-xerrej ma
kienx jixtriha, jekk kien joffri prezz inqas, li kieku kien jaf biha, taqa’
fid-diskrezzjoni tal-imħallef17
.
- mhux kull tnaqqis fl-użu jfisser vizzju; it-tnaqqis irid ikollu effett fuq
il-kuntratt18
.
- kien hemm Qorti li qalet li m’hemmx vizzju moħbi jekk dan
sempliċiment idejjaq lix-xerrej. Dan il-pronunzjament iżda
m’għandux jitqies bħala regola tad-dritt, għaliex l-inkonvenjent ikun ta’
ċerta portata, żgur li x-xerrej ma kienx jixtri jew iħallas prezz inqas19
.
- Qorti oħra – dik ta’ Montpellier20
- stabbiliet li d-difett irid ikun
irrimedjabbli. Dan iżda jfisser li tkun qiegħdha tiżdied kwalifika li ma
tinstabx fil-liġi. It-tradizzjoni tikkontradixxi lill-Qorti, għaliex skontha
żiemel marid temporanjament kien ukoll jitqies milqut b’vizzju moħbi
għaliex ix-xerrej jistenna li jinqeda bl-oġġett minnufih21
.
16 op. cit. para 280
17 “C’est au juge de decider en fait si le defaut rend la chose impropre a` l’usage auquel on la destine, ou s’il
en diminue tellement l’usage, que l’acheteur ne l’aurait pas acquise, ou n’en aurait donnait qu’un moindre prix
s’il avait connu”.
18 “Il faut que la diminution ait exerce una influence sure le contrat”.
19 “Il a ete juge qu’un defaut n’est pas redhibitoire lorsqu’il en resulte seulement un desagrement (bl-Ingliż:
annoyance) pour l’acheteur (Caen, 22 novembre 1826 – Dalloz, au mot Vices Redhibitoires, no. 219; Aubry et
Rau t. IV, p 387 no 355 bis). Nous ne voudrions pas eriger cette decision en regle de droit; car il est certain
que, pour peu que le desagrement soit notable, l’acheteur n’aurait pas contracte ou aurait paye un moindre
prix”.
20 Montpellier, 23 febrier 1807 – Dalloz au mot Vice Redhibitoires, no 67.
21 “Il nous semble que c’est ajouter a` la loi, car elle n’esige pas ce caractere de perpetuite. La tradition que la
cour de Montpellier invoque, temoigne contre elle; l’edit des ediles admet l’action redhibitoire, alors meme
que la maladie don’t un animal est infecte ne serait que temporaire; ce que est fonde en raison, car l’acheteur
acquiert pour se server immediatement de la chose; donc l’object du contrat n’est pas rempli quand, pendent
un temps plus au moins long, il ne peut pas s’en server”.
xii
Il-Bianca, fl-opra klassika tiegħu22, jikteb li:
“Il vizio e` rilevante ai fini della garanzia anche se possa essere
eliminato con modica spesa. V., ad es., App. Bari 14 ottobre 1954 (Rep.
Giur. it, 1955, Vendita, n. 145). Tale circostanza esclude
un’apprezzabile diminuzione di valore del bene ma non esclude
senz’altro la sua minorata idoneita` all’uso. V. anche Trib. Firenze, 3
dicembre 1962 (Giur. tosc., 1962, 707).
“Altro discorso e` se la possibilita` di eliminare facilmente il vizio
deponga la scarsa importanza dell’inadempimento, precludendo quindi
il rimedio della risoluzione del contratto (art. 1455 cod. civ.).
“Nel senso che non ricorrano gli estremi per l’azione di risoluzione
della vendita quando il vizio di funzionamento possa essere eliminato
facilmente con la sostituzione dei pezzi difettosi e con poca spesa, v.
Trib. Livorno, 5 febbraio 1963 (Giur. tosc., 1963, 289)”.
Vettura li kellha difett li ġie msewwi b’mod perfett xorta waħda ġiet
ikkunsidrata li kellha difett moħbi mill-Qorti tal-Kassazzjoni Franċiża
f’sentenza tal-1998 li ħassret sentenza fis-sens kuntrarju mill-Qorti ordinarja.23
Evalwazzjoni tal-provi:
Il-partijiet jaqblu li tabilħaqq il-karozza kellha d-difetti. B’danakollu lkovenuta ma taqbilx li kien hemm kull difett allegat mill-attriċi. Min-naħa loħra ssostni li għamlet kull ma setgħet biex tikkuntenta lill-attriċi u saħansitra
biddlet parts meta kull ma kien hemm bżonn kien li jsiru sempliċi
aġġustamenti jew settings.
22 C. Massimo Bianca, La Vendita e La Permuta, (1972) paġna 796 nota numru 4.
23 “Juge cependent che viole les articles 1641 e 1644 l’arret qui rejette la demande en resolution de la vente des
lors que le vehicule vendu a fait l’object des reparation qui le rend desormais propre a` sa destination et a` son
usage – Cass. 1re civ., 6 oct 1998: D. 2000, somm 290, obs. Pignarre – irraportata fil-Code Civil annotee sous
la direction de Laurent Leveneur (ippubblikat 2017), paġna 1641, voce: Gravite de defaut.
xiii
L-attriċi xehdet li rikeb magħha l-imsemmi Malcolm Mallia li qabel magħha
dwar l-eżistenza tal-ħsejjes; għalkemm l-istess Mallia meta xehed
imminimizza l-entita` tagħhom, anke jekk fuq domandi diretti u suġġestivi li
sarulu mill-avukat tal-konvenuta li seta’ jagħmel hekk għaliex kien qiegħed
jagħmillu kontro-eżami. Jirriżulta li l-konvenuta għamlet għadd ta’ “settings”
fil-bagoll24; biddlet partijiet mill-isteering (għalkemm insistiet li kull ma kellu
bżonn kienet ftit lubrikazzjoni); biddlu l-molol tas-seats25; u l-mounting26
.
F’okkażjoni minnhom il-karozza damet tliet ġimgħat għand il-konvenuta biex
l-addetti tagħha jippruvaw isibu l-kawża tal-ħsejjes27. L-istess ħaġa tgħodd
għal impjegati oħra28 li ġew prodotti mill-attriċi u allura l-abbli avukat talkonvenuta seta’ liberament jagħmlilhom domandi diretti u suggestivi in
kontro-eżami, filwaqt li l-attriċi qajla setgħet tattakka l-kredibilita` tagħhom
għax kienu xhieda tagħha stess. Huwa minnu li l-partijiet huma marbutin birregoli tal-proċedura huma u jressqu l-provi tagħhom. Imma fl-aħħar millaħħar il-Qorti trid tkun sodisfatta mill-evidenza li titressaq quddiemha skont illiberu konvinċiment tagħha.
Il-perit tekniku maħtur mill-Qorti, minkejja li kien avżat minn din il-Qorti
sabiex jagħmel aċċess fil-preżenza tal-partijiet biss29, mar jittestja l-karozza
mingħajr ma avża lill-attriċi biex tkun preżenti. Ma sab l-ebda difett30. L-abbli
avukat difensur tal-attriċi fit-trattazzjoni bil-fomm attakka bl-aħrax ilkredibilita` u l-imparzjalita` tal-perit tekniku kemm għaliex m’avżaħx blaċċess, kif ukoll għal raġunijiet oħrajn. B’danakollu ma nsistiex fuq il-ħatra
ta’ periti perizjuri, għalkemm eskuta lill-istess perit.
24 fol 96
25 fol 44
26 fol 43
27 fol 45
28 Josef Lugerno li biddel ir-radju; Etienne Ellul li għamel xogħol fis-seats ta’ wara; Clayton Gatt (service
manager)
29 fol 165
xiv
Anke jekk hemm nuqqas ta’ qbil dwar l-entita` tad-difetti, il-Qorti hija
moralment konvinta li difetti kien hemm. M’hemm l-ebda indizju li l-attriċi
hija xi mara mhix f’sensiha, jew kif ngħidu bil-Malti, xi fonqla jew li tisma’
ħsejjes meta fil-fatt ikun hemm is-skiet. L-attriċi hija armla li trabbi lil binha
dak iż-żmien ta’ ħdax-il sena li xtrat karozza ġdida ta’ ditta magħrufa u tajba u
ħallsitha kollha mal-konsenja. Żgur ma kellha l-ebda motiv biex tipprova
tiskapriċċa lill-konvenuta billi ġġib xi skuża biex ma tħallasx tal-karozza jew
tħallas inqas. Hija xtrat karozza biex ikollha mezz komdu ta’ transport għaliha
u għal binha. Ma xtratx karozza sekonda-man imma waħda ġdida. Min jixtri
karozza ġdida ma jistenniex li joqgħod ġej u sejjer għand il-mekkanik; jistenna
li tkun kontinwament u minnufih disponibbli mingħajr ma joqgħod jaħli l-ħin.
Għalhekk minkejja ċertu konflitt fil-provi, ma jirriżultax li ħsarat ma kienx
hemm. Jirriżulta min-naħa l-oħra li l-attriċi marret għadd konsiderevoli ta’
drabi fuq perjodu ta’ seba’ xhur għand il-konvenuta minħabba li l-karozza ma
kinitx taħdem kif wieħed jistenna minn vettura ġdida fjamanta.
Huwa minnu li tajjeb jew ħażin il-perit tekniku ma sab l-ebda difett fil-vettura
meta mar jeżaminaha. B’danakollu dak li jgħodd hu l-istat tal-vettura filmument tax-xiri, u mhux wara. Il-konvenuta tisħaq li l-karozza xorta waħda
kienet timxi u għalhekk kienet tissodisfa l-vot tal-liġi u ċjoe` kienet “tajba
għall-użu li għalih hija maħsuba”. Dan iżda m’huwa tal-ebda suffraġju
għaliha, għaliex ma jistax jitqies li kienet tajba għall-użu kemm-il darba lattriċi ma setgħetx issuqha kull meta kellha bżonnha għaliex kienet kostretta
toqgħod tmur għand il-konvenuta biha u sadanittant tiċċaħħad mill-użu tagħha.
Anke jekk tabilħaqq kienet hekk, xorta waħda ma tissodisfax il-kriterju l-ieħor
– li kif rajna huwa indipendenti mill-ewwel kriterju – li d-difetti kienu tali li
“jew li jnaqqsu daqshekk il-valur tagħha illi x-xerrej ma kienx jixtriha
jew kien joffri prezz iżgħar, li kieku kien jaf bihom”. Il-Qorti tirreferi għat-
xv
tagħlim tal-Laurent suċċitat, kif ukoll għas-sentenzi tal-Qrati tal-Kassazzjoni
tal-Italja u ta’ Franza, fis-sens li difett li jdejjaq b’mod serju lix-xerrej huwa
wkoll vizzju għall-fini tal-liġi, anke jekk ikun wieħed rimedjabbli. Ix-xenarju
kien ikun differenti li kieku l-vettura ġiet imsewwija f’qasir żmien mingħajr
inkonvenjent esaġerat għall-attriċi. Iżda fiċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan ilkaż, ma hemm l-ebda dubju li l-attriċi ma kinitx tixtri l-karozza mingħand ilkonvenuta li kieku kienet taf minn xiex kellha tgħaddi. Iktar u iktar meta
lanqas biss ingħatat vettura alternattiva biex tużaha waqt li l-karozza li xtrat
kienet tkun għand il-konvenuta.
Hemm indizju ieħor qawwi li jsaħħaħ l-allegazzjonijiet tal-attriċi. Fit-13 ta’
Frar 2019 – u ċjoe` fil-mori ta’ din il-kawża u waqt li l-vettura kienet diġa` filpussess tal-konvenuta - hija rċeviet SMS mingħand il-konvenuta li l-vettura
“has been earmarked for a recall”. Kjarament, anke l-konvenuta stess
irrikonoxxiet li rigward din il-vettura kien hemm qualcosa che non va.
Danni:
L-attriċi ħallset €17,200 li jinkludi kemm il-prezz kif ukoll ir-reġistrazzjoni talvettura. Dawn għandhom jiġu mrodda lura. Kull meta l-karozza kienet għand
il-konvenuta, hija kienet tinqeda b’vettura ta’ membru tal-familja tagħha. Żgur
li ħaqqha kumpens anke ta’ dan. B’danakollu ma ġiex ikkwantifikat u
għalhekk din il-Qorti mhix sejra toqgħod tagħmel xi eżerċizzju spekulattiv firrigward.
Decide:
Għall-motivi suesposti, din il-Qorti:
xvi
1. Tiċħad it-tieni eċċezzjoni tal-konvenuta, ċjoe` l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni.
2. Tiċħad l-eċċezzjonijiet l-oħrajn safejn mhumiex kompatibbli ma’ din issentenza, filwaqt li ma tiħux konjizzjoni tat-tielet u r-raba’ eċċezzjonijiet li
ġew irtirati mill-konvenuta fit-8 ta’ Novembru 2016.
3. Tilqa’ l-ewwel talba billi tiddikjara l-vettura ta-tip Renault Clio KND-124
hija milquta minn difett moħbi.
4. Tilqa’ t-tieni talba billi tiddikjara maħlul il-kuntratt ta' bejgħ tal-imsemmija
vettura, bl-istess vettura terġa’ ssir proprjeta` tal-konvenuta.
5. Tilqa’ in parte t-tielet, ir-raba’ u l-ħames talbiet billi tikkundanna lillkonvenuta sabiex tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' sbatax-il elf u mitejn ewro
(17,200) rappreżentanti prezz u spejjeż tar-reġistrazzjoni tal-vettura.
Bl-ispejjeż, inklużi dawk tal-ittra uffiċjali numru 2956/16, bl-imgħax legali
mid-data tal-imsemmija ittra uffiċjali sad-data tal-eventwali ħlas effettiv.
Moqrija.
ONOR IMĦALLEF
GRAZIO MERCIECA