Il-Qorti,
Rat l-Avviz ta-Talba tar-rikorrenti tas-6 ta’ Dicembru 2013 li fih ippremettiet illi f’April 2009 xtrat solar water heater minghand Dominic Department Stores Ltd ghall-prezz ta’ elf u erbgha u erbghin Ewro (€1,044) li rrizulta difettuz u ghaldaqstant ma jservix l-ghan li ghalih kien mixtri. Minkejja li hija gharrfet b’dan kemm lis-socjeta’ konvenuta kif ukoll lil Gava Interiors - li minghandhom kienet mahruga l-garanzija relattiva ghas-solar water heater – u minkejja d-diversi weghdiet li t-tnejn li huma ghamlulha, l-ebda azzjoni adegwata ma ttiehdet u l-problema baqghet ma ssolvietx. Dan il-prodott ghadu kopert bil-garanzija ta’ 5 snin mid-data tal-bejgh. Ir-rikorrenti talbet lit-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi sabiex jordna li jew jigu msewwija d-difetti fis-solar water heater in kwistjoni jew li dan jigi sostitwit b’solar water heater li jiffunzjona kif suppost, jew li altrimenti jigi rifuz lilha l-prezz li hallset ghalih.
Rat ir-Risposta ta’ Dominic Department Stores (DDS) Limited li permezz taghha kkontestaw it-talbiet tar-rikorrenti ghar-ragunijiet segwenti: (i) ma jirrizultax jekk il-prodott in kwistjoni giex supplit fi stat difettuz; (ii) ghalkemm is-solar water heater inxtara mill-hanut taghha, hija kienet qeghda tagixxi biss bhala agenta ta’ socjeta’ ohra bl-isem Gava Interiors Company Limited u dan kif jirrizulta mic-certifikat tal-garanzija relattiv; (iii) il-pretensjonijiet tar-rikorrenti ghandhom jigu diretti unikament kontra Gava Interiors Company Limited; (iv) DDS Ltd dejjem ghamlet l-almu taghha biex tghin lir-rikorrenti fil-kwistjonijiet li kellha ma’ Gava Interiors Company Limited u sahansitra hargitilha spejjez minn butha in konnessjoni ma’ din il-kwistjoni, liema spejjez pero’ baqghu ma gewx rifuzi lilha.
Rat ir-risposta ta’ Gava Interiors tat-28 ta’ Marzu 2013 li permezz taghha eccepiet li
(i) ma hemm ebda relazzjoni guridika bejnha u bejn il-konsumatur peress li l-apparat inbiegh mis-socjeta’ konvenuta l-ohra li wkoll installaw ix-xoghol huma; (ii) huwa minnu li l-garanzija mahruga kienet bil-logo ta’ Gava Interiors izda qatt ma ntalbet l-approvazzjoni taghha fuq dan id-dokument; (iii) l-apparat ma twahhalx kif suppost minn DDS Ltd; (iv) meta qam l-ilment dwar l-apparat Noel Gauci minn Gava Interiors acceda fuq il-post tal-konsumatur u ghamel rakkomandazzjoni lis-socjeta’ konvenuta l-ohra dwar twahhil ta’ geyzer li bi qbil mal-klijenti ghall-bidu kellu jkun temporanju izda eventwalment u bi qbil dan il-geyzer kellu jibqa’ mwahhal b’mod permanenti; (v) il-geyzer li twahhal minn DDS Ltd gie kkonnetjat hazin ukoll u minkejja li ntqal lilhom kif jista’ jigi rettifikat dan in-nuqqas huma baqghu inadempjenti.
Rat id-decizjoni tat-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur tal-20 ta’ Marzu 2015 li kkonkludiet hekk:-
“It-Tribunal jaqta u jiddeciedi li jilqa’ t-talba tal-attrici, jordna r-rizoluzzjoni tal-bejgh tal-water heater illi sar fit-8 t’April 2009 u konsegwentement jikkundanna s-socjeta’ konvenuta DDS Ltd li jhallas lura lill-attrici s-somma ta’ Eur1,044, il-prezz imhallas ghal water heater difettuz bid-dritt tal-istess socjeta’ konvenuta li tiehu lura ghas-spejjez taghha l-imsemmi water heater. Bl-ispejjez kontra l-istess socjeta’ konvenuta Dominic Department Stores Ltd.”
Dan wara li t-Tribunal ghamel is-segwenti konsiderazzjonijiet:-
i. Fit-8 t’April 2009 ir-rikorrenti xtrat water heater minghand DDS Ltd ghall-prezz ta’ €1,044. L-installazzjoni saret ukoll minn din is-socjeta’;
ii. DDS Ltd kienet distributur ta’ dawn il-water heaters li kienu forniti lilha minghand Gava Interiors. Certifikat ta’ garanzija f’format standard kien jinghata minghand Gava lis-socjeta’ konvenuta l-ohra in bjank ghal 5 snin. Dan kien jigi ffirmat mill-konsumatur u rapprezentant ta’ DDS Ltd;
iii. Dan il-water heater irrizulta li kien difettuz ghalkemm ma rrizultatx data preciza meta gie riskontrat dan id-difett. Izda minn skambju ta’ emails bejn il-konvenuti hareg li almenu f’Ottubru 2012 r-rikorrenti kienet diga’ lmentat ma’ DDS Ltd fuq id-difett u ghalhekk kienet ghadha entro t-terminu tal-garanzija;
iv. La l-bejgh tal-prodott lir-rikorrenti sar minn DDS Ltd ir-relazzjoni guridika hija bejniethom biss u ma tinkludix lil Gava Interiors. Ir-rikorrenti dejjem ma’ DDS Ltd innegozjat – marret il-hanut taghhom, hallset lilhom, l-ircevuta harget f’isimhom kif ukoll il-konsenja u l-installazzjoni saret minnhom;
v. Il-garanzija fuq il-prodott tkopri garanzija ‘limitata’ ghal 5 snin fuq parts li jkunu f’kuntatt dirett mal-ilma;
vi. Wara li l-water heater zviluppa difett fl-element tieghu ftit wara l-installazzjoni dan gie mibdul izda ftit xhur wara rrizulta li l-ilma kien qieghed jillikja mit-tank. Ir-responsabbilta’ ta’ din it-tiswija, kwindi taqa’ nettament fuq DDS Ltd minghajr pregudizzju ghad-drittijiet taghha li tfittex lil Gava Interiors;
vii. DDS Ltd iggarantiet il-prodott mixtri mir-rikorrenti ghal 5 snin mid-data tax-xiri. Kienet obbligata wkoll li ssewwieh f’kaz ta’ difett. La din is-socjeta’ m’onoratx l-obbligi taghha ghax ma kinitx f’pozizzjoni li ssewwi l-heater, ir-rikorrenti kellha dritt li thassar il-kuntratt.
Is-socjeta’ konvenuta DDS Ltd appellat mis-sentenza. L-appellata u Gava Interiors wiegbu.
Il-Qorti rat l-atti.
L-ewwel aggravju.
L-azzjoni tal-attrici hi preskritta a tenur tal-Artikolu 78 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378 tal-Ligijiet ta’ Malta) li jipprovdi:-
“Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli taħt id-disposizzjonijiet tal-artikoli 73 u 74 meta l-konsumatur jinduna bin-nuqqas ta’ konformità fi żmien sentejn mill-kunsinna tal-oġġetti. Dan il-perjodu għandu jiġi sospiż sakemm idumu għaddejin in-negozjati bejn il-kummerċjant u l-konsumatur bil-għan li jintlaħaq ftehim amikevoli.”
L-appellanti ssostni li dan il-perjodu beda jiddekorri mis-6 t’April 2009, u cioe’ meta gie kkonsenjat is-solar water heater. Ghalhekk it-terminu ta’ sentejn stipulati mill-ligi skada f’April 2011. Quddiem it-Tribunal is-socjeta appellanti ma nvokatx it-terminu kontemplat fl-Artikolu 78.
L-Artikolu 78 kien originarjament jipprovdi:-
“Il-kummercjant ghandu jkun responsabbli taht il-provvedimenti tal-artikoli 73 u 74 meta l-konsumatur jinduna bin-nuqqas ta’ konformita’ fi zmien sentejn mill-kunsinna tal-oggetti. Dan il-perjodu ta’ preskrizzjoni ghandu jigi sospiz sakemm idumu ghaddejjin in-negozjati bejn il-kummercjant u l-konsumatur bil-ghan li jintlahaq ftehim amikevoli.”
Bl-Att VI tal-2011 li dahal fis-sehh fit-23 ta’ Mejju 2011 (ara Avviz Legali 190 tal-2011), tnehhiet ir-riferenza ghal preskrizzjoni. Jidher ghalhekk li fid-data meta giet prezentata l-kawza (6 ta’ Dicembru 2013), it-terminu ta’ sentejn ma kienx ghadu kkunsidrat bhala preskrizzjoni. Fejn l-ammont fil-kwistjoni jkun inqas minn €1,200, appell jista’ jsir biss fi tlett kazijiet, fosthom “fuq kull kwistjoni ta’ preskrizzjoni”. Gialadarba meta giet proposta l-kawza t-terminu ma baqax wiehed ta’ preskrizzjoni, jidher li l-ewwel aggravju ma setax jigi propost.
Dan apparti li mis-sentenza tat-Tribunal hu evidenti li kkonkluda li s-socjeta appellanti kienet tat garanzija ghall-perjodu ta’ 5 snin. Il-qorti tfakkar li l-apprezzament tal-provi sar mit-Tribunal, u in vista tal-ammont in kwistjoni (inqas minn €1,200) ma jezistix appell minn apprezzament tal-fatti (ara Artikolu 22 tal-Kap. 378).
It-tieni u t-tielet aggravju.
Is-socjeta’ appellanti tilmenta wkoll minn ksur tal-principji ta’ gustizzja naturali, senjatament il-principju tal-audi alteram partem, ghax fil-fehma taghha, fid-decizjoni t-Tribunal injora l-linja difensjonali taghha. Partikolarment is-socjeta’ appellanti ssemmi n-nuqqas tat-Tribunal li jezamina r-responsabbilta’ tal-konvenut l-iehor Noel Gauci ezercitanti n-negozju Gava Interiors in kwantu l-garanzija in kwistjoni kienet inharget minn Gava Interiors, liema fatt kellu, fil-fehma taghha, jwassal ghall-konkluzjoni ferm diversa, u cioe’ li t-talbiet tar-rikorrenti kellhom jigu rivolti unikament lejn Gava Interiors u mhux lejha. Inoltre numru ta’ emails skambjati bejn iz-zewg konvenuti juru l-involviment dirett ta’ Noel Gauci fil-kaz kif ukoll li li s-socjeta’ appellanti agixxiet fuq struzzjonijiet tieghu. Is-socjeta’ appellanti tilmenta ghalhekk li d-drittijiet taghha gew pregudikati ghaliex hija spiccat giet kundannata thallas il-kumpens a bazi tal-ksur tal-garanzija, liema garanzija kienet kjarement tistipula li Gava Interiors kienet responsabbli. Hija lmentat ukoll li t-Tribunal ma ddecidiex il-vertenza pendenti quddiemu skont il-ligi u skont l-ekwita’.
Dawn l-aggravji qeghdin jigu proposti mis-socjeta’ appellanti a bazi tal-artikolu 22(c) tal-Kapitolu 378 u dan ghaliex l-ammont pretiz mir-rikorrenti huwa wiehed inferjuri ghal €1200 u kwindi appell fil-mertu m’huwiex koncess.
Fit-twegiba li l-appellanti kienet ipprezentat quddiem it-Tribunal, id-difiza taghha kienet principalment li ghalkemm l-appellata kienet xtrat solar water heater mill-hanut tal-appellanti, kienet qeghda tagixxi biss bhala agent tas-socjeta Gava Interiors Company Limited. Il-qorti tosserva kif:-
i. Hu minnu li fuq il-garanzija li nghatat lill-appellata, jinghad car u tond li l-garanti hi Gava Interiors Co Ltd. Pero’ dik is-socjeta m’hijiex parti fil-kawza u qatt ma kienet parti fil-bejgh. Inoltre, rapprezentant tas-socjeta appellanti kien iffirma l-garanzija.
ii. Fil-kawza hu parti wkoll Noel Gauci. Il-qorti fehemet li Noel Gauci kien direttur tas-socjeta Gava Interiors Co Ltd u m’hemmx prova li kien parti fil-bejgh.
iii. Irrispettivament minn min kien il-garanti, Polly Anne Magro xtrat minghand Dominic Department Stores Ltd u hallsitha tal-prezz (ara wkoll ricevuta datata 8 ta’ April 2009 li harget is-socjeta appellanti). Is-socjeta appellanti kienet il-kummercjant li bieghet is-solar water heater lill-appellata, u bhala tali hi responsabbli ghad-difetti. Dan ovvjament bla pregudizzju ghad-drittijiet li jista’ jkollha fil-konfront ta’ Gava Interiors Co
Ltd (ara Artikolu 77 tal-Kap. 378).
Hu veru li mill-provi rrizulta kif Noel Gauci ta’ Gava Interiors Co Ltd kien gie nvolut fil-kwistjoni li nqalghet dwar is-solar water heater difettuz, pero’ b’daqshekk ma jfissirx li l-appellanti, bhala l-kummercjant li bieghet l-oggett lill-appellata, tista’ tfarfar ir-responsabbilta’. L-appellanti bieghet oggett difettuz, u ghalhekk ghandha obbligu li tirrispondi. Dan apparti li kuntrarjament ghal dak li ssostni l-appellanti, it-Tribunal ikkunsidra l-posizzjoni tal-appellat l-iehor fil-konfront tal-konsumatur u mill-apprezzament tal-provi li ghamel wasal ghal konkluzjoni tieghu. Apprezzament li li ghar-raguni li diga’ ssemmiet m’hemmx dritt ta’ appell minnu.
Fir-rigward tal-aggravju li r-rimedju moghti ma kienx ekwu u gust, il-qorti ma tarax li seta’ jinghata rimedju differenti minn dak li ta t-Tribunal. Wiehed jippretendi li bhala l-bejjiegh l-appellanti kellha d-dmir li minnufih toffri rimedju sufficjenti lill-appellata u mhux tipprova tfarfar ir-responsabbilta fuq terz.
Ghal dawn il-motivi tichad l-appell bl-ispejjez kontra s-socjeta appellanti.
(ft.) Anthony Ellul
Imhallef